2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 45(1) U 45(6) tad-Direttiva 2007/64/KE u jekk il-konsumatur ma jkollux obbligi pendenti fuq kont tal-ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, li miegħu l-konsumatur ikollu dak il-kont tal-ħlas għandu jikkonkludi l-passi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fid-data speċifikata mill-konsumatur li għandha tkun mill-inqas sitt ijiem ta’ negozju wara dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jirċievi t-talba tal-konsumatur sakemm ma jkunx hemm ftehim ieħor bejn il-partijiet. Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jinforma minnufih lill-konsumatur fejn dawn l-obbligi pendenti ma jippermettux li l-kont tal-ħlas tiegħu jingħalaq.