+Artikolu 11 Faċilitazzjoni ta’ ftuħ ta’ kontijiet transkonfinali għall-konsumaturi
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
|
Artikolu 11 Faċilitazzjoni ta’ ftuħ ta’ kontijiet transkonfinali għall-konsumaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn konsumatur jindika lill-fornitur tiegħu tas-servizzi tal-ħlas li jixtieq jiftaħ kont tal-ħlas ma’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jinsab fi Stat Membru ieħor, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, li miegħu konsumatur ikollu kont tal-ħlas għandu jipprovdi l-assistenza li ġejja lill-konsumatur meta jirċievi tali talba:
|
(a)
|
jipprovdi lill-konsumatur mingħajr ħlas lista tal-istanding orders kollha attwalment attivi għal trasferimenti tal-kreditu u għal mandati ta’ debitu dirett inizjati mid-debitur fejn disponibbli, u b’informazzjoni disponibbli dwar trasferimenti rikurrenti ta’ kreditu deħlin u ta’ debitu dirett inizjati mid-debitur imwettqa fil-kont tal-ħlas tal-konsumatur fit-13-il xahar preċedenti. Dik il-lista ma għandha toħloq ebda obbligu għall-fornitur il-ġdid tas-servizzi tal-ħlas biex jistabbilixxi servizzi li ma jipprovdix;
|
|
(b)
|
jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv li jibqa’ fil-kont tal-ħlas tal-konsumatur lill-kont tal-ħlas li nfetaħ mill-konsumatur jew li huwa tiegħu mal-fornitur il-ġdid tas-servizzi tal-ħlas, dment li t-talba tinkludi d-dettalji kollha li tippermetti l-identifikazzjoni tal-fornitur il-ġdid tas-servizzi tal-ħlas u tal-kont tal-konsumatur;
|
|
(c)
|
jagħlaq il-kont tal-ħlas tal-konsumatur;
|
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 45(1) U 45(6) tad-Direttiva 2007/64/KE u jekk il-konsumatur ma jkollux obbligi pendenti fuq kont tal-ħlas, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, li miegħu l-konsumatur ikollu dak il-kont tal-ħlas għandu jikkonkludi l-passi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fid-data speċifikata mill-konsumatur li għandha tkun mill-inqas sitt ijiem ta’ negozju wara dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jirċievi t-talba tal-konsumatur sakemm ma jkunx hemm ftehim ieħor bejn il-partijiet. Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jinforma minnufih lill-konsumatur fejn dawn l-obbligi pendenti ma jippermettux li l-kont tal-ħlas tiegħu jingħalaq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|