+Artikolu 12 Tariffi marbuta mas-servizz tal-bdil
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4

Artikolu 12 Tariffi marbuta mas-servizz tal-bdil

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess mingħajr ħlas għall-informazzjoni personali tagħhom fir-rigward ta’ standing orders u debiti diretti eżistenti ta’ jew il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jew minn dak destinatarju.

Artikolu 12 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju skont il-punt (a) tal-Artikolu 10(4) mingħajr ma jżomm tariffa mingħand il-konsumatur jew il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju.

Artikolu 12 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi, jekk ikun hemm, applikati mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi lill-konsumatur għat-terminazzjoni ta’ kont tal-ħlas magħha jiġu determinati f’konformità mal-Artikolu 45(2), (4) u (6) tad-Direttiva 2007/64/KE.

Artikolu 12 4

4.   L-Istati Membri jiżguraw li t-tariffi, jekk ikun hemm, applikati mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jew dak destinatarju lill-konsumatur għal kwalunkwe servizz mogħti taħt l-Artikolu 10, ħlief dawk imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, ikunu raġonevoli u konformi mal-ispejjeż attwali ta’ dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.