1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi huma offruti lil konsumaturi mill-istituzzjonijiet tal-kreditu jew minn għadd suffiċjenti ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu biex jiġi garantit l-aċċess għalihom għall-konsumaturi kollha fit-territorju tagħhom, u biex jiġu evitati d-distorzjonijiet tal-kompetizzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi ma jiġux offruti biss minn istituzzjonijiet tal-kreditu li jipprovdu l-kontijiet tal-ħlasunikament b’faċilitajiet online.