+Artikolu 16 Dritt ta’ aċċess għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6
---+Artikolu 16 7
---+Artikolu 16 8
---+Artikolu 16 9
---+Artikolu 16 10

Artikolu 16 Dritt ta’ aċċess għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi huma offruti lil konsumaturi mill-istituzzjonijiet tal-kreditu jew minn għadd suffiċjenti ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu biex jiġi garantit l-aċċess għalihom għall-konsumaturi kollha fit-territorju tagħhom, u biex jiġu evitati d-distorzjonijiet tal-kompetizzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi ma jiġux offruti biss minn istituzzjonijiet tal-kreditu li jipprovdu l-kontijiet tal-ħlasunikament b’faċilitajiet online.

Artikolu 16 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi legali fl-Unjoni, inklużi konsumaturi mingħajr indirizz fiss u persuni li jfittxu asil, u konsumaturi li mhumiex garantiti permess ta’ residenza iżda li t-tkeċċija tagħhom hija impossibbli għal raġunijiet legali jew fattwali jkollhom id-dritt li jiftħu u jużaw kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu li jinsabu fit-territorju tagħhom. Tali dritt għandu japplika irrispettivament mill-post tar-residenza tal-konsumatur.

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, b’rispett sħiħ tal-libertajiet fundamentali garantiti mit-Trattati, jitolbu lill-konsumaturi li jixtiequ jiftħu kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fit-territorju tagħhom biex juri interess ġenwin li jagħmlu dan.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju tad-dritt ma jsirx diffiċli jew oneruż iżżejjed fuq il-konsumatur.

Artikolu 16 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tal-kreditu li joffru kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi jiftħu l-kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi jew jirrifjutaw l-applikazzjoni ta’ konsumatur għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi f’kull każ mingħajr dewmien inutli u l-aktar tard sa għaxart ijiem ta’ negozju wara li jkunu rċevew applikazzjoni sħiħa.

Artikolu 16 4

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjonijiet tal-kreditu jirrifjutaw applikazzjoni għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi meta l-ftuħ ta’ tali kont jirriżulta fi ksur tad-dispożizzjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroristi stabbilit bid-Direttiva 2005/60/KE.

Artikolu 16 5

5.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu li joffru kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi biex jirrifjutaw applikazzjoni għal tali kont fejn konsumatur diġà jkollu kont tal-ħlas ma’ istituzzjoni tal-kreditu li tinsab fit-territorju tagħhom, li tippermettilu jagħmel użu mis-servizzi elenkati fl-Artikolu 17(1), ħlief fejn konsumatur jiddikjara li jkun irċieva avviż li kont tal-ħlas ikun ser jingħalaq.

F’tali każijiet qabel il-ftuħ ta’ kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi, l-istituzzjoni tal-kreditu tista’ tivverifika jekk il-konsumatur iżomm jew ma jżommx kont tal-ħlas ma’ istituzzjoni tal-kreditu li tinsab fl-istess Stat Membru li jippermetti lill-konsumaturi li jużaw is-servizzi elenkati fl-Artikolu 17(1). L-istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu joqogħdu fuq dikjarazzjoni fuq l-unur iffirmata mill-konsumaturi għal dak il-għan.

Artikolu 16 6

6.   L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw każijiet addizzjonali limitati u speċifiċi fejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu jintalbu jew jistgħu jagħżlu li jirrifjutaw applikazzjoni għall-kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi. Tali każijiet għandu jiġu bbażati fuq dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli fit-territorji tagħhom u għandu jkollhom l-għan jew li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-konsumaturi għall-kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi mingħajr ħlas taħt il-mekkaniżmu tal-Artikolu 25 inkella biex jiġu evitati l-abbużi minn konsumaturi tad-dritt tagħhom ta’ aċċess għall-kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi.

Artikolu 16 7

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6, wara t-teħid tad-deċiżjoni tagħha, l-istituzzjoni tal-kreditu tinforma minnufih lill-konsumatur dwar ir-rifjut u dwar ir-raġuni speċifika għal dak ir-rifjut, bil-miktub u mingħajr ħlas, dment li tali żvelar ma jmurx kontra l-objettivi tas-sigurtà nazzjonali, il-politika pubblika jew id-Direttiva 2005/60/KE. Fl-eventwalità ta’ rifjut, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tavża lill-konsumatur bil-proċedura biex jiġi ppreżentat ilment kontra r-rifjut, u dwar id-dritt tal-konsumatur lijikkuntattja lill-awtorità kompetenti rilevanti u l-korp alternattiv għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt rilevanti.

Artikolu 16 8

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4, l-istituzzjoni tal-kreditu tadotta miżuri xierqa skont il-Kapitolu III tad-Direttiva 2005/60/KE.

Artikolu 16 9

9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għal kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi ma jsirx kondizzjonali għax-xiri ta’ servizzi addizzjonali jew ta’ ishma fl-istituzzjoni tal-kreditu, dment li din tal-aħħar hija kondizzjonali għall-konsumaturi kollha tal-istituzzjoni tal-kreditu.

Artikolu 16 10

10.   L-Istati Membri għandhom jitqiesu li huma konformi mal-obbligi stipulati fil-Kapitolu IV fejn qafas eżistenti vinkolanti jiżgura l-applikazzjoni sħiħa tiegħu b’mod suffiċjentement ċar u preċiż sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jaċċertaw il-limitu sħiħ tad-drittijiet tagħhom u jinvokawhom quddiem qorti nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.