2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi legali fl-Unjoni, inklużi konsumaturi mingħajr indirizz fiss u persuni li jfittxu asil, u konsumaturi li mhumiex garantiti permess ta’ residenza iżda li t-tkeċċija tagħhom hija impossibbli għal raġunijiet legali jew fattwali jkollhom id-dritt li jiftħu u jużaw kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu li jinsabu fit-territorju tagħhom. Tali dritt għandu japplika irrispettivament mill-post tar-residenza tal-konsumatur.
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, b’rispett sħiħ tal-libertajiet fundamentali garantiti mit-Trattati, jitolbu lill-konsumaturi li jixtiequ jiftħu kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fit-territorju tagħhom biex juri interess ġenwin li jagħmlu dan.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżerċizzju tad-dritt ma jsirx diffiċli jew oneruż iżżejjed fuq il-konsumatur.