7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6, wara t-teħid tad-deċiżjoni tagħha, l-istituzzjoni tal-kreditu tinforma minnufih lill-konsumatur dwar ir-rifjut u dwar ir-raġuni speċifika għal dak ir-rifjut, bil-miktub u mingħajr ħlas, dment li tali żvelar ma jmurx kontra l-objettivi tas-sigurtà nazzjonali, il-politika pubblika jew id-Direttiva 2005/60/KE. Fl-eventwalità ta’ rifjut, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tavża lill-konsumatur bil-proċedura biex jiġi ppreżentat ilment kontra r-rifjut, u dwar id-dritt tal-konsumatur lijikkuntattja lill-awtorità kompetenti rilevanti u l-korp alternattiv għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt rilevanti.