+Artikolu 28 Reviżjoni
---+Artikolu 28 1
---+Artikolu 28 2
---+Artikolu 28 3
|
Artikolu 28 Reviżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1
|
1. Sat-18 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva flimkien ma’ proposta leġislattiva, jekk ikun xieraq.
Dak ir-rapport għandu jinkludi:
|
(a)
|
lista tal-proċeduri kollha ta’ ksur mibdija mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ din id-Direttiva;
|
|
(b)
|
valutazzjoni dwar il-livelli medji tat-tariffi fl-Istati Membri għal kontijiet tal-ħlas li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;
|
|
(c)
|
valutazzjoni tal-fattibbiltà li jiġi żviluppat qafas għall-iżgurar tar-ridirezzjoni awtomatizzata tal-ħlasijiet minn kont tal-ħlas wieħed għal ieħor fl-istess Stat Membru flimkien ma’ notifiki awtomatizzati lil dawk li qed iħallsu u lil dawk li qed jitħallsu meta t-trasferimenti tagħhom ikunu ridiretti;
|
|
(d)
|
valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-estenzjoni tas-servizzi ta’ bdil prevista fl-Artikolu 10 għall-każijiet fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju u dak li jittrasferixxi jinsabu fi Stati Membri differenti u l-fattibbiltà tal-ftuħ ta’ kontijiet transkonfinali skont l-Artikolu 11;
|
|
(e)
|
valutazzjoni tal-għadd ta’ detenturi ta’ kontijiet li biddlu l-kontijiet tal-ħlas sa mit-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27;
|
|
(f)
|
valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-portabbiltà sħiħa fl-Unjoni kollha tan-numri tal-kontijiet tal-ħlas;
|
|
(g)
|
valutazzjoni tal-għadd ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu li joffru kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi;
|
|
(h)
|
valutazzjoni tal-għadd u, fejn tkun disponibbli informazzjoni anonimizzata, tal-karatteristiċi tal-konsumaturi li jkunu fetħu kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi sa mit-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva;
|
|
(i)
|
valutazzjoni tat-tariffi annwali medji imposti fuq kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fil-livell ta’ Stat Membru;
|
|
(j)
|
valutazzjoni tal-effettività ta’ miżuri eżistenti u l-ħtieġa għall-miżuri addizzjonali biex tiżdied l-inklużjoni finanzjarja u biex jiġi jingħataw għajnuna membri tas-soċjetà b’rabta mad-dejn eċċessiv;
|
|
(k)
|
eżempji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri sabiex titnaqqas l-esklużjoni tal-konsumaturi mill-aċċess għas-servizzi tal-ħlas.
|
|
|
Artikolu 28 2
|
2. Ir-rapport għandu jivvaluta, fuq il-bażi wkoll tal-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 27, jekk għandhiex tiġi emendata u aġġornata l-lista ta’ servizzi li huma parti minn kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi, wara li tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-mezzi tal-ħlas u t-teknoloġija.
|
|
Artikolu 28 3
|
3. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll jekk il-miżuri addizzjonali flimkien ma’ dawk adottati skont l-Artikoli 7 u 8 fir-rigward ta’ siti tal-Internet ta’ tqabbil u offerti f’pakkett humiex meħtieġa, u b’mod partikolari l-bżonn għal akkreditazzjoni tas-siti tal-Internet ta’ tqabbil.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|