+Artikolu 9 Rekwiżiti ta’ għarfien u ta’ kompetenza għall-persunal
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.

Artikolu 9 Rekwiżiti ta’ għarfien u ta’ kompetenza għall-persunal

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħturin jitolbu l-persunal tagħhom ikollhom u jżommu aġġornat livell xieraq ta’ għarfien u kompetenza b’rabta mat-tfassil, l-offerta u l-għoti ta’ ftehimiet ta’ kreditu, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ intermedjazzjoni ta’ kreditu stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 4 jew l-għoti ta’ servizzi konsultattivi. Fejn il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu tinkludi servizz anċillari marbut miegħu, għandhom ikunu meħtieġa għarfien u kompetenza adatta b’rabta ma’ dak is-servizz anċillari.
Artikolu 9 2.
Minbarra fiċ-ċirkostanzi msemmijin fil-paragrafu 3, l-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta’ għarfien u kompetenza għall-persunal tal-kredituri, tal-intermedjarji tal-kreditu u tar-rappreżentanti maħturin skont il-prinċipji stipulati f’Anness III.
Artikolu 9 3.

Fejn kreditur jew intermedjarju tal-kreditu jipprovdi s-servizzi tiegħu fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar:

(i) 

permezz ta’ fergħa, l-Istat Membru ospitanti għandu jkun responsabbli li jistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ konoxxenza u kompetenza applikabbli għall-persunal ta’ fergħa;

(ii) 

skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jkun responsabbli li jistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ konoxxenza u kompetenza applikabbli għall-persunal skont l-Anness III, madankollu, l-Istat Membru ospitanti jista’ jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi ta’ konoxxenza u kompetenza għall dawk ir-rekwiżiti msemmijin fil-punti (b), (c), (e) u (f) tal-paragrafu 1 tal-Anness III.

Artikolu 9 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mar-rekwiżiti ta’ paragrafu 1 tiġi sorveljata mill-awtoritajiet kompetenti, u li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat li jitolbu lill-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u rappreżentanti maħturin jipprovdu dik l-evidenza li l-awtorità kompetenti tqis meħtieġa biex tkun tista’ ssir din is-superviżjoni.
Artikolu 9 5.
Sabiex issir sorveljanza effettiva tal-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu li jipprovdu s-servizzi tagħhom fit-territorji ta’ Stati Membri oħrajn skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitani u tad-domiċiliju għandhom jikkooperaw mill-qrib għas-superviżjoni u infurzar effikaċi tar-rekwiżiti minimi ta’ konoxxenza u kompetenza tal-Istat Membru ospitanti. Għal dak l-iskop, huma jistgħu jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lil xulxin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.