+Artikolu 11 Informazzjoni standard li għandha tiġi inkluża fir-reklamar
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
|
Artikolu 11 Informazzjoni standard li għandha tiġi inkluża fir-reklamar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe reklamar dwar il-kuntratti ta’ kreditu li jindika rata ta’ imgħax jew kwalunkwe ċifra relatata mal-kost ta’ kreditu għall-konsumatur jinkludi informazzjoni standard konformi ma’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-ewwel subparagrafu m’għandux japplika fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi l-indikazzjoni tar-RPAI fir-reklamar ta’ kuntratt ta’ kreditu li ma jindikax rata ta’ imgħax jew kwalunkwe ċifra relatata ma’ kwalunkwe spiża tal-kreditu għall-konsumatur fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-informazzjoni standard għandha tispeċifika b’mod ċar, konċiż u prominenti:
(a)
l-identità tal-kreditur jew, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu jew tar-rappreżentant maħtur;
(b)
fejn applikabbli, li l- kuntratt ta’ kreditu jkun ggarantit b’ipoteka jew b’garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew bi dritt relatat ma’ proprjetà immobbli reżidenzjali;
(c)
ir-rata tal-imgħax tas-self, b’indikazzjoni jekk hijiex fissa jew varjabbli jew kombinazzjoni tat-tnejn, flimkien mad-dettalji ta’ kwalunkwe imposta inkluża fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur;
(d)
l-ammont totali tal-kreditu;
(e)
ir-RPAI li għandha tiġi inkluża fir-reklam tal-anqas bl-istess prominenza daqs kwalunkwe rata ta’ imgħax;
(f)
fejn applikabbli, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ kreditu;
(g)
fejn applikabbli, l-ammont tal-pagamenti rateali;
(h)
fejn applikabbli, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;
(i)
fejn applikabbli, in-numru tal-pagamenti rateali;
(j)
fejn applikabbli, twissija dwar il-fatt li ċaqliq possibbli fir-rata tal-imgħax jista’ jaffettwa l-ammont pagabbli mill-konsumatur.
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 2, minbarra dik elenkata fil-punti (a), (b) jew (hb) tiegħu, għandha tiġi speċifikata permezz ta’ eżempju rappreżentattiv u għandha timxi ma’ dak l-eżempju rappreżentattiv dejjem. L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji biex jiġi determinat eżempju rappreżentattiv.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Meta il-konklużjoni ta’ kuntratt dwar servizz anċillari, b’mod partikolari l-assigurazzjoni, tkun obbligatorja sabiex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet irreklamati, u l-ispiża ta’ dak is-servizz ma jkunx jista’ jiġi ddeterminata minn qabel, l-obbligu li wieħed jidħol għal dak il-kuntratt għandu wkoll ikun indikat b’mod ċar, konċiż u prominenti, flimkien mar-RPAI.
|
|
Artikolu 11 5.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandha tkun tista’ tinqara b’mod faċli jew tista’ tinstema ċar skont il-każ, skont il-mezz użat għar-reklamar.
|
|
Artikolu 11 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-inklużjoni ta’ twissija konċiża u proprzjonata dwar ir-riskji speċifiċi assoċjati mal-kuntratti ta’ kreditu. Huma għandhom jinnotifikaw dawk ir-rekwiżiti lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/29/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|