|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’biżżejjed żmien qabel it-twettiq ta’ kwalunkwe attività ta’ intermedjazzjoni tal-kreditu stipulat f’punt 5 tal-Artikolu 4, l-intermedjarju tal-kreditu jew ir-rappreżentant maħtur għandu jipprovdi lill-konsumatur b’tal-anqas l-informazzjoni li ġejja bil-miktub jew b’mezz dejjiemi ieħor:
(a)
l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-intermedjarju tal-kreditu;
(b)
ir-reġistru li jkun ġie inkluż fih, in-numru ta’ reġistrazzjoni, fejn applikabbli, u l-mezz biex jivverifika din ir-reġistrazzjoni;
(c)
fejn l-intermedjarju tal-kreditu huwa vinkolat jew jaħdem esklużivament għal kreditur wieħed jew aktar. Fejn l-intermedjarju tal-kreditu huwa vinkolat jew jaħdem esklużivament għal kreditur wieħed jew aktar, huwa għandu jagħti l-ismijiet tal-kredituri li f’isimhom qed jaġixxi. L-intermedjarju tal-kreditu jista’ jiddivulga li huwa indipendenti fejn jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati skont l-Artikolu 22(4);
(d)
fejn l-intermedjarju tal-kreditu joffri servizzi konsultattivi;
(e)
fejn applikabbli, it-tariffa pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu jew fejn dan mhux possibbli, il-metodu għal kif tiġi kkalkulata t-tariffa;
(f)
il-proċeduri li jippermettu lill-konsumaturi jew lil partijiet interessati oħrajn jirreġistraw ilmenti internament dwar intermedjarji tal-kreditu u, fejn adatt, il-mezzi li bihom tista’ ssir talba għal proċeduri ta’ rikorsi u rimedji extraġudizzjarji;
(g)
fejn applikabbli, l-eżistenza u fejn magħruf l-ammont ta’ kummissjonijiet jew inċentivi oħra, pagabbli mill-kreditur jew partijiet terzi lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tagħhom b’rabta mal-kuntratt ta’ kreditu. Fejn l-ammont mhux magħruf fiż-żmien tad-divulgazzjoni l-intermedjarju tal-kreditu għandu jgħarraf lill-konsumatur li l-ammont attwali jiġi ddivulgat fi stadju aktar tard fil-FEIS. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|