+Artikolu 16 Spjegazzjonijiet adegwati
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.

Artikolu 16 Spjegazzjonijiet adegwati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin jagħtu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-kuntratti ta’ kreditu proposti u kwalunkwe servizzi anċillari, sabiex il-konsumatur ikun f’pożizzjoni li jista’ jivvaluta jekk il-kuntratti ta’ kreditu u servizzi anċillari humiex adatti għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu.

Fejn applikabbli, l-ispjegazzjonijiet għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a) 

l-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata skont:

(i) 

l-Artikolu 14 fil-każ ta’ kredituri;

(ii) 

l-Artikoli 14 u 15 fil-każ ta’ intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin;

(b) 

il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti;

(c) 

l-effetti speċifiċi li l-prodotti proposti jista’ jkollhom fuq il-konsumatur, inkluż il-konsegwenzi ta’ inadempjenza fil-ħlas mill-kosumatur; u

(d) 

fejn servizzi anċillari jiġu abbinati ma’ kuntratt ta’ kreditu, jekk kull komponent tal-grupp jistax jiġi terminat separatament u l-implikazzjonijiet għall-konsumatur jekk dan isir.

Artikolu 16 2.
L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod li bih u sa fejn iridu jingħataw l-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll minn għandu jipprovdi tali assistenza, għaċ-ċirkostanzi tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-kuntratt ta’ kreditu, il-persuna li lilha qed jiġi offrut u t-tip ta’ kreditu offrut.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.