+Artikolu 17 Kalkolu tar-RPAI
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
|
Artikolu 17 Kalkolu tar-RPAI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata skont il-formola matematika stipulata fl-Anness I.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-ispejjeż biex jinfetaħ u jinżamm kont speċifiku, biex jintuża mezz ta’ pagament kemm għal tranżazzjonijiet kif ukoll għal prelevamenti minn dak il-kont u ta’ spejjeż oħrajn relatati ma’ transazzjonijiet ta’ pagamenti għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tal-kreditu lill-konsumatur kull meta jkun obbligatorju li jinfetaħ jew jinżamm kont biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb bit-termini u l-kundizzjonijiet irreklamati.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Il-kalkolu tar-RPAIgħandha tkun ibbażata fuq il-preżunzjoni li l-kuntratt ta’ kreditu ser jibqa’ validu għall-perjodu miftiehem u l-kreditur u l-konsumatur ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt it-termini u sad-dati speċifikati fil-kuntratt ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu li jkollhom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tal-imgħax tas-self u, fejn applikabbli, fl-imposti inklużi fir-RPAI iżda li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-mument tal-kalkolu, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq il-preżunzjoni li r-rata tal-imgħax tas-self u imposti oħrajn ser jibqgħu fissi b’rabta mal-livell stabbilit mal-konklużjoni tal-kuntratt.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Għal kuntratti ta’ kreditu li għalihom jintlaħaq qbil dwar rata tal-imgħax ta’ self fissa b’rabta mal-perijodu inizjali ta’ mill-inqas ħames snin, li fi tmiemhom isiru negozjati dwar ir-rata tal-imgħax ta’ self biex tiġi maqbula rata tal-imgħax fissa ġdida għal perijodu materjali ieħor, il-kalkolu tar-RPAI addizzjonali illustrattiva żvelata fil-FEIS għandu jkopri biss il-perijodu inizjali ta’ rata fissa u għandu jkun ibbażat fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perijodu ta’ rata tal-imgħax tas-self fissa, il-kapital pendenti jitħallas lura.
|
|
Artikolu 17 6.
|
Fejn il-kuntratt ta’ kreditu jippermetti varjazzjonijiet fir-rata tal-imgħax ta’ self, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun mgħarraf dwar l-impatti possibbli tal-varjazzjonijiet fuq l-ammonti pagabbli u dwar ir-RPAI għall-inqas permezz tal-FEIS. Dan għandu jsir billi l-konsumatur jiġi pprovdut b’RPAI addizzjonali li jispjega r-riskji possibbli marbuta ma’ żieda sinifikanti fir-rata tal-imgħax ta’ self. Fejn ma jkunx hemm limitu fuq ir-rata ta’ self, din l-informazzjoni għandha tiġi akkumpanjata minn twissija li tenfasizza l-fatt li l-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, muri mir-RPAI, jista’ jinbidel. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għal kuntratti ta’ kreditu fejn ir-rata ta’ self hija ffissata għal perijodu inizjali ta’ mill-inqas ħames snin, li fi tmiemhom isiru negozjati dwar ir-rata ta’ self biex tinqabel rata fissa ġdida għal perijodu materjali ieħor, li għalija hija prevista RPAI addizzjonali illustrattiva fil-FEIS.
|
|
Artikolu 17 7.
|
Fejn applikabbli, is-suppożizzjonijiet addizzjonali stipulati fl-Anness I għandhom jintużaw fil-kalkolu tar-RPAI.
|
|
Artikolu 17 8.
|
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 40 sabiex temenda r-rimarki jew taġġorna s-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkulata r-RPAI kif stipulata fl-Anness I, partikolament jekk ir-rimarki jew is-suppożizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu u fl-Anness I ma jkunux biżżejjed biex tiġi kkalkolata r-RPAI b’mod uniformi jew ma jkunux għadhom adatti għas-sitwazzjoni kummerċjali fis-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|