+Artikolu 18 Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
|
Artikolu 18 Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
L-Istati Membru għandhom jiżguraw li, qabel ma jiġi konkluż kuntratt ta’ kreditu, il-kreditur jagħmel valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Dik il-valutazzjoni għandha tqis kif xieraq il-fatturi rilevanit għall-verifika tal-prospett tal-konsumatur li jissodisfa l-obbligi tiegħu fil-kuntrat ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 18 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-informazzjoni li fuqhom tiġi bbażata l-valutazzjoni ikunu stabbiliti, dokumentati u aġġornati.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja m’għandhiex tiddependi b’mod predominanti fuq il-fatt li l-proprjetà immobbli residenzjali taqbeż l-ammont tal-kreditu jew il-preżunzjoni li l-valur tal-proprjetà immobbli residenzjali ser jogħla, sakemm l-iskop tal-kuntratt ta’ kreditu mhuwiex li proprjetà immobbli residenjali tinbena jew tiġi rinnovata
|
|
Artikolu 18 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn kreditur jikkonkludi kuntratt ta’ kreditu ma’ konsumatur il-kreditur m’għandux wara jħassar jew jibdel il-kuntratt ta’ kreditu bi ħsara għall-konsumatur għar-raġuni li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ma tkunx saret b’mod korrett. Dan il-paragrafu m’għandux japplika fejn jintwera li l-konsumatur konxjament żamm jew iffalsifika l-informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 20.
|
|
Artikolu 18 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
il-kreditur joffri l-kreditu lill-konsumatur biss meta r-riżultat tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jindika li l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ kreditu x’aktarx li jiġu mħarsa skont kif meħtieġ skont dak il-kuntratt;
(b)
skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE, il-kreditur jinforma minn qabel lill-konsumatur li ser tiġi kkonsultata bażi ta’ data;
(c)
fejn l-applikazzjoni għal kreditu tiġi miċħuda l-kreditur jinforma lill-konsumatur dwar iċ-ċaħda mingħajr dewmien u, fejn applikabbli, li d-deċiżjoni hija bbażata fuq ipproċessar awtomatizzat ta’ data. Fejn iċ-ċaħda hija bbażata fuq ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-bażi ta’ data, il-kreditur għandu jgħarraf lill-konsumatur dwar ir-riżultat ta’ din il-konsultazzjoni u tad-dettalji tal-bażi ta’ data kkonsultata.
|
|
Artikolu 18 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur tiġi valutata mill-ġdid abbażi ta’ informazzjoni aġġornata qabel tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali ta’ kreditu wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu sakemm tali kreditu addizzjonali ma jkunx ġie previst u inkluż fil-valutazzjoni oriġinali tal-affidabbiltà kreditizja.
|
|
Artikolu 18 7.
|
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 95/46/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|