+Artikolu 23 Self f’munita barranija
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
|
Artikolu 23 Self f’munita barranija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn kuntratt ta’ kreditu jirrigwarda self f’munita barranija, ikun hemm fis-seħħ qafas regolatorju xieraq fiż-żmien li fih jiġi konkluż il-kuntratt ta’ kreditu biex għall-inqas jiġi żgurat li:
(a)
il-konsumatur ikollu dritt jikkonverti l-kuntratt ta’ kreditu għal munita alternattiva f’kundizzjonijiet speċifikati; jew
(b)
jkun hemm kuntratti oħra fis-seħħ biex jillimitaw ir-riskju tar-rata tal-kambju li l-konsumatur huwa espost għalih fil-kuntratt ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Il-munita alternattiva msemmija f’punt (a) ta’ paragrafu 1 għandha tkun:
(a)
il-munita li fiha l-konsumatur primarjament jirċievi d-dħul jew li fiha għandu l-assi li minnhom ser jitħallas lura l-kreditu, kif indikat fil-punt meta saret l-aktar valutazzjoni riċenti tal-affidabbiltà kreditizja relatata mal-kuntratt ta’ kreditu; jew
(b)
il-munita tal-Istat Membru li fih il-konsumatur jew kien residenti fiż-żmien meta l-kuntratt ta’ kreditu ġie konkluż jew huwa residenti bħalissa.
L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw jekk l-għażliet imsemmijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu humiex it-tnejn disponibbli għall-konsumatur jew waħda minnhom biss jew jistgħu jħallu lill-kredituri jispeċifikaw jekk l-għażliet imsemmijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu humiex it-tnejn disponibbli għall-konsumatur jew waħda minnhom biss.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Fejn konsumatur għandu dritt li jikkonverti kuntratt ta’ kreditu f’munita alternattiva skont punt (a) ta’ paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rata tal-kambju li fiha ssir il-konverżjoni tkun ir-rata tal-kambju tas-suq applikabbli fil-jum tal-applikazzjoni għall-konverżjoni sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-kuntratt ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 23 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn konsumatur għandu self f’munita barranija, il-kreditur iwissi lill-konsumatur fuq bażi regolari fuq karta jew b’mezz ieħor dejjiemi għall-inqas fejn il-valur tal-ammont totali pagabbli mill-konsumatur li jibqa’ pendenti jew tal-pagamenti regolari jvarja b’aktar minn 20 % minn dak li jkun kieku ġiet applikata r-rata tal-kambju bejn il-munita tal-kuntratt ta’ kreditu u l-munita tal-Istat Membru applikabbli fiż-żmien tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu. It-twissija għandha tgħarraf lill-konsumatur dwar żieda fl-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, tistipula fejn applikabbli d-dritt li ssir konverżjoni għal munita alternattiva u l-kundizzjonijiet biex isir dan u tfisser kull mekkaniżmu applikabbli ieħor biex jiġi limitat ir-riskju tar-rata tal-kambju li għalih huwa espost il-konsumatur.
|
|
Artikolu 23 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jirregolaw aktar is-self f’munita barranija sakemm regolament bħal dan ma jiġix applikat b’effett retrospettiv.
|
|
Artikolu 23 6.
|
L-arranġamenti applikabbli skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ddivilgati lill-konsumatur fil-FEIS u fil-kuntratt ta’ kreditu. Fejn m’hemm l-ebda dispożizzjoni fil-kuntratt ta’ kreditu biex jiġi limitat ir-riskju tar-rata tal-kambju li għalih huwa espost il-konsumatur għal ċaqliq fir-rata tal-kambju ta’ inqas minn 20 %, il-FEIS għandu jinkludi eżempju illustrattiv tal-impatt ta’ ċaqliq ta’ 20 % fir-rata tal-kambju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|