+Artikolu 27 Informazzjoni rigward tibdil fir-rata tal-imgħax tas-self
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
|
Artikolu 27 Informazzjoni rigward tibdil fir-rata tal-imgħax tas-self
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jinforma lill-konsumatur dwar kwalunkwe bidla fir-rata tal-imgħax tas-self, bil-miktub jew b’mezz durabbli ieħor, qabel ma l-bidla tieħu effett. L-informazzjoni għandha mill-inqas tinkludi l-ammont tal-pagamenti li għandhom isiru wara li r-rata tal-imgħax tas-self il-ġdida tieħu effett u, f’każijiet fejn jinbidlu in-numru jew il-frekwenza tal-pagamenti, id-dettajli tagħhom.
|
|
Artikolu 27 2.
|
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-partijiet jiftiehmu fil-kuntratt ta’ kreditu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur perjodikament fejn il-bidla fir-rata tal-imgħax tas-self tkun korrelatata ma’ bidla f’rata ta’ referenza, u r-rata ta’ referenza l-ġdida tkun disponibbli pubblikament b’mezzi adatti, u l-informazzjoni dwar ir-rata ta’ referenza l-ġdida tinżamm disponibbli fl-uffiċċji tal-kreditur u kkomunikata personalment lill-konsumatur flimkien mal-ammont ta’ pagamenti perijodiċi ġodda.
|
|
Artikolu 27 3.
|
Il-kredituri jistgħu jkomplu jgħarrfu lill-konsumaturi perijodikament fejn il-bidla fir-rata tal-imgħax tas-self ma tkunx korrelatata ma’ bidla f’rata ta’ referenza fejn dan kien ikun permess skonti il-liġi nazzjonali qabel l-20 ta’ Marzu 2014.
|
|
Artikolu 27 4.
|
Fejn bidliet fir-rata tal-imgħax tas-self ikunu determinati permezz ta’ rkant fis-swieq kapitali u għalhekk ikun impossibbli li l-kreditur jinforma lill-konsumatur dwar xi bidla qabel ma l-bidla tieħu effett, il-kreditur għandu, kmieni biżżejjed qabel l-irkant, jinforma lill-konsumatur fuq karta jew b’mezz ieħor dejjiemi dwar il-proċedura li tkun ser issir u jagħti indikazzjoni ta’ kif ser tintlaqat ir-rata tal-imgħax tas-self.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|