+Artikolu 29 Ammissjoni ta’ intermedjarji tal-kreditu
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
---+Artikolu 29 8.
---+Artikolu 29 9.
|
Artikolu 29 Ammissjoni ta’ intermedjarji tal-kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu debitament ammessi biex iwettqu parti minn jew l-attivitajiet kollha ta’ intermedjazzjoni tal-kreditu stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 4 jew biex jipprovdu servizzi ta’ konsulenza minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Fejn Stat Membru jippermetti rappreżentanti maħturin skont l-Artikolu 31, m’għandux ikun meħtieġ li tali rappreżentant maħtur m’għandux ikollu jiġi ammess bħala intermedjarju tal-kreditu skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 29 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammissjoni ta’ intermedjarji tal-kreditu tkun soġġetta għall-issodisfar mill-inqas tar-rekwiżiti professjonali li ġejjin flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9:
(a)
intermedjarji tal-kreditu għandhom ikollhom assigurazzjoni għall-indennizz professjonali li tkopri t-territorji fejn joffru s-servizzi, jew xi garanzija oħra paragunabbli għar-responsabbiltà li tirriżulta min-negliġenza professjonali. Madankollu, għall-intermedjarji ta’ kreditu vinkolati, l-Istat Membru tad-domiċilju jista’ jistipula li tali assigurazzjoni jew garanzija paragunabbli tista’ tingħata minn kreditur li f’ismu l-intermedjarju tal-kreditu għandu s-setgħa jaġixxi.
Jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta u, fejn neċessarju, temenda standards regolatorji tekniċi biex tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt. Dawn l-istandards regolatorji tekniċi għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi biex tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt biex jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Settembru 2014. L-ABE għandha tirrevedi, u jekk meħtieġ, tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi biex temenda l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt biex jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sal-21 ta’ Marzu 2018 u kull sentejn minn dakinhar ‘il quddiem.
(b)
persuna fiżika stabbilita bħala intermedjarju tal-kreditu, il-membri tal-bord ta’ intermedjarju tal-kreditu stabbilit bħala persuna ġuridika u persuni fiżiċi li jiżvolġu kompiti ekwivalenti fi ħdan intermedjarju tal-kreditu li jkun persuna ġuridika iżda li m’għandux bord, għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba. Bħala minimu, għandu jkollhom kondotta tal-pulizija nadifa jew kwalunkwe ekwivalenti nazzjonali ieħor fir-rigward ta’ reati kriminali serji marbutin ma’ reati kontra l-proprjetà jew reati oħra relatati ma’ attivitajiet finanzjarji u ma jistgħux ikunu ġew dikjarati falluti fil-passat, sakemm ma jkunux ġew riabilitati skont il-liġi nazzjonali.
(c)
persuna fiżika stabbilita bħala intermedjarju tal-kreditu, il-membri tal-bord ta’ intermedjarju tal-kreditu stabbilit bħala persuna ġuridika u persuni fiżiċi li jiżvolġu kompiti ekwivalenti fi ħdan intermedjarju tal-kreditu li jkun persuna ġuridika iżda li m’għandux bord, għandu jkollhom livell adatt ta’ konoxxenza u kompetenza rigward kuntratti ta’ kreditu. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jistabbilixxi l-livell adatt ta’ għarfien u kompetenza skont il-prinċipji stabbiliti fl-Anness III.
|
|
Artikolu 29 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji stabbiliti sabiex il-persunal tal-intermedjarji tal-kreditu jew tal-kredituri jilħqu r-rekwiżiti professjonali tagħhom ikunu pubbliċi.
|
|
Artikolu 29 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu ammessi kollha, kemm jekk stabbiliti bħala persuni fiżiċi kif ukoll ġuridiċi, jiddaħħlu f’reġistru ta’ awtorità kompetenti fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru tal-intermedjarji tal-kreditu jinżamm aġġornat u jkun pubblikament disponibbli elettronikament. Ir-reġistru tal-intermedjarji tal-kreditu għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-ismijiet tal-persuni fid-direzzjoni li huma responsabbli għall-operazzjonijiet ta’ intermedjazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jesiġu r-reġistrazzjoni tal-persuni fiżiċi kollha li jaqdu funzjoni ta’ kuntatt dirett mal-klijenti f’impriża li twettaq attività ta’ intermedjazzjoni tal-kreditu;
(b)
l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju tal-kreditu jiżvolġi n-negozju skont ir-regoli dwar il-libertà tal-istabbiliment jew dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li dwaru l-intermedjarju tal-kreditu jkun informa l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju skont l-Artikolu 32(3);
(c)
jekk l-intermedjarju tal-kreditu huwiex vinkolat jew le;
L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħżlu l-alternattiva msemmija fl-Artikolu 30 għandhom jiżguraw li r-reġistru jindika l-kreditur li f’ismu l-intermedjarju tal-kreditu qed jaġixxi. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħżlu l-alternattiva msemmija fl-Artikolu 31 għandhom jiżguraw li r-reġistru jindika l-intermedjarju tal-kreditu jew fil-każ ta’ rappreżentant maħtur ta’ intermedjarju tal-kreditu vinkolat, il-kreditur li f’ismu r-rappreżentant maħtur jaġixxi.
|
|
Artikolu 29 5.
|
L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li:
(a)
kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li jkun persuna ġuridika ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fl-istess Stat Membru tal-uffiċċju reġistrat tiegħu jekk ikollu uffiċċju reġistrat skont il-liġi nazzjonali tiegħu;
(b)
kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li ma jkunx persuna ġuridika, jew kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li jkun persuna ġuridika iżda li skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollux uffiċċju reġistrat, ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fl-Istat Membru li fih effettivament iwettaq in-negozju prinċipali tiegħu.
|
|
Artikolu 29 6.
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt uniku ta’ informazzjoni li jippermetti aċċess pubbliku malajr u faċli għall-informazzjoni mir-reġistru nazzjonali, li għandu jkun kompilat elettronikament u aġġornat kontinwament. Dawn il-punti ta’ informazzjoni għandhom jipprovdu d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru. L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit elettroniku tagħha referenzi jew hyperlinks għal dak il-punt ta’ informazzjoni.
|
|
Artikolu 29 7.
|
L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħturin ammessi kollha jkunu konformi mar-rekwiżiti ddefiniti fil-paragrafu 2 fuq bażi kontinwata. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 30 u 31.
|
|
Artikolu 29 8.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu għall-persuni li jiżvolġu l-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni tal-kreditu tagħhom stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 4 fejn dawk l-attivitajiet jitwettqu b’mod inċidentali fil-kors ta’ attività professjonali u dik l-attività tkun irregolata minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew minn kodiċi tal-etika li jirregola l-professjoni li ma jeskludux it-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet.
|
|
Artikolu 29 9.
|
Dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew għal istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li taħt il-liġi nazzjonali huma soġġetti għal reġim ekwivalenti ta’ awtorizzazzjoni u sorveljanza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|