+Artikolu 31 Rappreżentanti maħturin
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
|
Artikolu 31 Rappreżentanti maħturin
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lil intermedjarju tal-kreditu li jaħtar rappreżentanti maħturin. Fejn ir- rappreżentant maħtur ikun maħtur minn intermedjarju tal-kreditu vinkonalti speċifikat fil-punt (a) tal-punt 7 tal-Artikolu 4, il-kreditur għandu jibqa’ responsabbli b’mod sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet għal kull azzjoni jew ommissjoni min-naħa tar-rappreżentant maħtur li jkun qed jaġixxi f’isem dak l-intermedjarju tal-kreditu vinkolat f’oqsma regolati minn din id-Direttiva. F’każijiet oħra l-intermedjarju tal-kreditur għandu jibqa’ responsabbli bis-sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet għal kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni min-naħa tar-rappreżentant maħtur li qed jaġixxi f’isem l-intermedjarju tal-kreditu f’oqsma regolati minn din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 31 2.
|
L-intermedjarji tal-kreditu għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti maħturi tagħhom jikkonformaw mill-inqas mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 29(2). Madankollu, l-Istat Membru tad-domiċilju jista’ jistipula li l-assigurazzjoni għall-indennizz professjonali jew garanzija paragunabbli tista’ tingħata minn intermedjarju tal-kreditu li f’ismu r-rappreżentant maħtur għandu s-setgħa li jaġixxi.
|
|
Artikolu 31 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħturin tagħhom sabiex jiżguraw il-konformità sħiħa ma’ din id-Direttiva. B’mod partikolari, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ konoxxenza u ta’ kompetenza tar-rappreżentanti maħturin u tal-persunal tagħhom.
|
|
Artikolu 31 4.
|
L-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu lil intermedjarju tal-kreditu li jaħtar rappreżentanti maħturin għandhom jistabbilixxu reġistru pubbliku li fih mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(4). Ir-rappreżentanti maħtura għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistru pubbliku fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. Ir-reġistru għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Għandu jkun disponibbli pubblikament għall-konsultazzjoni online.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|