|
+Artikolu 33 1. |
Artikolu 33 1.L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirtira l-ammissjoni mogħtija lil intermedjarju tal-kreditu skont l-Artikolu 29 meta dan l-intermedjarju tal-kreditu:
(a)
jirrinunzja espressament għall-ammissjoni jew ma jkunx wettaq la l-attivitajiet tal-intermedjazzjoni tal-kreditu stipulati fil-punt 5 tal-Artikolu 4 u lanqas ipprovda s-servizzi ta’ konsulenza matul is-sitt xhur preċedenti, sakemm l-Istat Membru ma jkunx ippreveda l-iskadenza tal-ammissjoni f’tali każijiet;
(b)
ikun kiseb l-ammissjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa jew mezzi oħrajn irregolari
(c)
ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom tkun ingħatat l-ammissjoni;
(d)
jaqa’ taħt xi wieħed mill-każijiet fejn il-liġi nazzjonali, rigward materji barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, jipprevedi l-irtirar.
(e)
ikun kiser serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva li jirregolaw il-kundizzjonijiet operattivi tal-intermedjarji tal-kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|