+ANNESS I

ANNESS I




ANNESS I

KALKOLU TAR-RATA PERĊENTWALI ANNWALI TA’ IMPOSTA (RPAI)

I.

L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza tal-prelevamenti minn naħa u l-ħlas lura u l-imposti min-naħa l-oħra.

L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata perċentwali annwali tal-imposti (RPAI), taħdem, fuq bażi annwali, il-valur preżenti totali tal-prelevamenti ta’ kreditu minn naħa u l-valur preżenti totali tal-ħlas lura u l-ħlas tal-imposti min-naħa l-oħra, jiġifieri:

image

fejn:

X

huwa l-RPAI

m

huwa n-numru tal-aħħar prelevament

k

huwa n-numru ta’ prelevament ta’ kreditu, għalhekk 1 ≤ k ≤ m

Ck

huwa l-ammont ta’ prelevament k,

tk

huwa l-intervall, indikat fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel prelevament u d-data ta’ kull prelevament sussegwenti, għalhekk t1 = 0

m’

huwa n-numru tal-aħħar ħlas lura jew ħlas ta’ imposti

l

huwa n-numru ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti

Dl

huwa l-ammont ta’ ħlas lura jew ħlas ta’ imposti

sl

huwa l-intervall, indikat fi snin u frazzjonijiet ta’ sena, bejn id-data tal-ewwel prelevament u d-data ta’ kull ħlas lura jew ħlas ta’ imposti.

Rimarki:

(a) 

L-ammonti mħallsin miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti mhux neċessarjament ikunu ndaqs u mhux neċessarjament jitħallsu f’intervalli ndaqs.

(b) 

Id-data tal-bidu għandha tkun dik tal-ewwel prelevament.

(c) 

Intervalli bejn id-dati wżati fil-kalkoli għandhom ikunu indikati fi snin jew fi frazzjonijiet ta’ sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar indaqs huwa preżunt li fih 30,41666 jum (jiġifieri 365/12) irrispettivament minn jekk hix sena biżestili jew le.

Fejn l-intervalli bejn id-dati wżati fil-kalkoli ma jistgħux jiġu indikati f’numru sħiħ ta’ ġimgħat, xhur jew snin, l-intervalli għandhom ikunu espressi bħala numru sħiħ ta’ wieħed minn dawk il-perijodi flimkien ma’ numru ta’ ġranet. Meta jintużaw il-ġranet:

(i) 

kull jum għandu jingħadd, inkluż tmiem il-ġimgħa u l-btajjel;

(ii) 

perjodi ndaqs u imbagħad ġranet għandhom jingħaddu b’lura għad-data tal-prelevament inizjali;

(iii) 

it-tul tal-perijodu ta’ ġranet għandu jinkiseb billi l-ewwel data tiġi eskluża u l-aħħar data tiġi inkluża u għandha tiġi indikata fi snin billi dan il-perijodu jiġi diviż bin-numru ta’ ġranet (365 jew 366 jum) tas-sena sħiħa u jingħadd b’lura mill-aħħar jum għall-istess jum tas-sena preċedenti.

(d) 

Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi indikat bi preċiżjoni ta’ mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-post deċimali li jsegwi tkun akbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra fil-post deċimali preċedenti għandha tiżdied b’wieħed.

(e) 

L-ekwazzjoni tista’ tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta’ somma waħda u l-kunċett ta’ flussi (Ak), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor imħallas jew riċevut matul il-perjodi 1 sa n, indikati fi snin, jiġifieri:

image

S huwa l-bilanċ preżenti tal-flussi. Jekk l-għan hu li tinzamm l-ekwivalenza tal-flussi, il-valur ikun żero.

II.

Preżunzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tar-RPAI

(a) Jekk kuntratt ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur libertà fil-prelevamenti, l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies li jkun prelevat immedjatament u kollu kemm hu.

(b) Jekk kuntratt ta’ kreditu jipprevedi modi differenti għall-prelevamenti b’imposti jew rati tal-imgħax tas-self differenti, l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies bħala li jkun ġie prelevat bl-ogħla imposta u rata tal-imgħax tas-self applikata għall-mekkaniżmu ta’ prelevament l-aktar komuni għal dan it-tip ta’ kuntratt ta’ kreditu.

(c) Jekk kuntratt ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur libertà fil-prelevamenti b’mod ġenerali iżda jimponi, fost il-modi differenti ta’ prelevament, limitu fir-rigward tal-ammont ta’ kreditu u l-perijodu ta’ żmien, l-ammont ta’ kreditu għandu jitqies bħala li ġie prelevat fl-aktar data bikrija prevista fil-kuntratt ta’ kreditu u skont dawk il-limiti ta’ prelevament.

(d) Jekk jiġu offruti rati tal-imgħax tas-self u imposti differenti għal perijodu jew ammont limitat, l-għola rata tal-imgħax tas-self u imposti għandhom jitqiesu li huma r-rata tal-imgħax tas-self u l-imposti għat-tul ta’ żmien kollu tal-kuntratt ta’ kreditu.

(e) Għal kuntratti ta’ kreditu li għalihom tkun miftiehma rata tal-imgħax tas-self fissa fir-rigward tal-perijodu inizjali, li fit-tmiem tagħhom tiġi ddeterminata rata tal-imgħax tas-self ġdida u sussegwentement perjodikament aġġustata skont indikatur jew rata ta’ referenza interna miftehmin, il-kalkolu tar-RPAI għandha tkun ibbażata fuq il-preżunzjoni li, fi tmiem il-perijodu ta’ rata tal-imgħax tas-self fissa, ir-rata tal-imgħax tas-self tkun l-istess bħal dik fil-mument tal-kalkolu tar-RPAI, abbażi tal-valur tal-indikatur jew ir-rata ta’ referenza interna miftehmin f’dak iż-żmien, iżda ma tkunx inqas mir-rata tal-imgħax tas-self fissa.

(f) Jekk il-limitu massimu applikabbli għall-kreditu jkun għadu ma ġiex miftiehem, dak il-limitu massimu jitqies li hu EUR 170 000 . Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu -, għajr responsabbiltajiet kontinġenti jew garanziji - li l-iskop tagħhom ma jkunx li jinxtara jew jinżamm dritt fi proprjetà immobbli jew art, overdrafts, karti ta’ debitu differit u karti ta’ kreditu, dan il-limitu massimu jitqies li hu EUR 1 500 .

(g) Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu, għajr kuntratti ta’ overdrafts, self intermedjarju, kuntratti ta’ kreditu b’ekwità kondiviża, responsabbiltajiet kontinġenti jew garanziji u kuntratti ta’ kreditu għal żmien indefinit kif imsemmijin fil-preżunzjonijiet stabbiliti fil-punti (i), (j), (k), (l) u (m):

(i) 

jekk id-data jew l-ammont tal-ħlas lura tal-kapital, li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati, għandu jitqies li l-ħlas lura isir fid-data l-aktar kmieni prevista fil-kuntratt ta’ kreditu u huwa għall-inqas ammont li l-kuntratt ta’ kreditu jipprevedi;

(ii) 

jekk l-intervall bejn id-data ta’ prelevament inizjali u d-data tal-ewwel ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistax jiġi aċċertat, għandu jitqies li jkun l-intervall l-iktar qasir.

(h) Fejn id-data jew l-ammont ta’ ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati abbażi tal-kuntratt ta’ kreditu jew il-preżunzjonijiet stabbiliti fil-punti (g), (i), (j), (k), (l) u (m), għandu jitqies li l-ħlas isir skont id-dati u l-kundizzjonijiet rikjesti mill-kreditur u, meta dawn ma jkunux magħrufa:

(i) 

imposti tal-imgħax jitħallsu flimkien mal-ħlas lura tal-kapital;

(ii) 

imposti mhux tal-imgħax indikati bħala somma waħda jitħallsu fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu;

(iii) 

imposti mhux tal-imgħax indikati f’diversi pagamenti jitħallsu f’intervalli regolari, li jibdew mad-data tal-ewwel ħlas lura tal-kapital, u jekk l-ammont ta’ tali pagamenti mhuwiex magħruf għandhom jitqiesu bħala ammonti ndaqs;

(iv) 

il-ħlas finali jħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm.

(i) Fil-każ ta’ faċilità ta’ overdraft, l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies prelevat kompletament u għat-tul ta’ żmien kollu tal-kuntratt ta’ kreditu. Jekk it-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ kreditu mhux magħruf, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq il-preżunzjoni li ż-żmien tal-kreditu huwa ta’ tliet xhur.

(j) Fil-każ ta’ self transitorju l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies li jiġi prelevat kompletament u għat-tul ta’ żmien kollu tal-kuntratt ta’ kreditu. Jekk it-tul ta’ żmien tal-kuntratt ta’ kreditu mhux magħruf, ir-RPAI għandha tiġi kkalkolata fuq il-preżunzjoni li ż-żmien tal-kreditu huwa ta’ tnax-il xahar.

(k) Fil-każ ta’ kuntratt ta’ kreditu għal żmien indefinit, għajr faċilità ta’ overdraft u self transitorju, għandu jitqies li:

(i) 

għal kuntratti ta’ kreditu, li l-iskop tagħhom huwa li jinxtraw jew jinżammu drittijiet fi proprjetà immobbli, il-kreditu jingħata għal perijodu ta’ għoxrin sena li jibda fid-data tal-prelevament inizjali, u li l-ħlas finali mill-konsumatur jaqtal-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm; fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu li l-iskop tagħhom mhuwiex li jinxtraw jew jinżammu drittijiet fi proprjetà immobbli jew fejn il-kreditu jiġi prelevat permezz ta’ karti ta’ debitu differit jew karti ta’ kreditu, dan il-perijodu għandu jkun ta’ sena;

(ii) 

il-kapital jiħallas lura mill-konsumatur fi pagamenti ndaqs kull xahar, li jibdew xahar wara d-data tal-prelevament inizjali. Madankollu, f’każi fejn il-kapital għandu biss jitħallas lura bis-sħiħ, f’pagament wieħed, f’kull perijodu ta’ ħlas, prelevamenti suċċessivi u ħlas lura tal-kapital kollu mill-konsumatur għandhom jitqiesu li jsiru matul il-perijodu ta’ sena. L-imgħax u imposti oħrajn għandhom jiġu applikati skont dawn il-prelevamenti u l-ħlasijiet lura tal-kapital u kif previst fil-kuntratt ta’ kreditu.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, kuntratt ta’ kreditu għal żmien indefinit huwa kuntratt ta’ kreditu mingħajr żmien fiss u jinkludi krediti li għandhom jitħallsu lura kompletament fi żmien perijodu jew wara perijodu, iżda, la darba jitħallsu lura, jsiru disponibbli mill-ġdid għal prelevament.

(l) Fil-każ ta’ responsabbiltajiet kontinġenti jew garanziji, l-ammont totali tal-kreditu jitqies li jiġi prelevat kollu f’ammont wieħed fl-aktar kmieni minn:

(a) 

id-data tal-aħħar prelevament permessa taħt il-kuntratt tal-kreditu li huwa s-sors potenzjali tar-responsabbiltà jew il-garanzija kontinġenti; jew

(b) 

fil-każ ta’ kuntratt ta’ kreditu miftuħ, fit-tmiem tal-perijodu inizjali qabel it-tiġdid tal-kuntratt.

(m) Fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu b’ekwità kondiviża:

(i) 

il-pagamenti mill-konsumaturi għandhom jitqiesu li jsiru fl-aħħar data jew dati permessi taħt il-kuntratt ta’ kreditu;

(ii) 

żidiet perċentwali fil-valur ta’ proprjetà immobbli li tiggarantixxi l-kuntratt ta’ kreditu b’ekwità kondiviża, u r-rata ta’ kwalunkwe indiċi tal-inflazzjoni msemmi fil-kuntratt, għandhom jitqiesu li huma perċentwali ugwali għall-ogħla mill-objettiv attwali għar-rata tal-inflazzjoni tal-bank ċentrali jew il-livell ta’ inflazzjoni fl-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu, jew 0 % jekk dawk il-perċentwali jkunu negattivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.