+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III

REKWIŻITI MINIMI TA’ KONOXXENZA U KOMPETENZA

1. Ir-rekwiżiti minimi ta’ konoxxenza u kompetenza għall-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u persunal tar-rappreżentanti maħturin imsemmija fl-Artikolu 9 u għall-persuni involuti fil-ġestjoni tal-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħturin imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 29(2) u l-Artikolu 31(2) jeħtieġ li mill-inqas jinkludu:

(a) 

konoxxenza adatta tal-prodotti tal-kreditu fl-ambitu tal-Artikolu 3 u s-servizzi anċillari offruti tipikament magħhom;

(b) 

konoxxenza xierqa tal-liġijiet relatati mal-kuntratti tal-kreditu għall-konsumaturi, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-konsumatur;

(c) 

konoxxenza u għarfien adatti tal-proċess tax-xiri ta’ proprjetà immobbli;

(d) 

konoxxenza adatta tal-valutazzjoni ta’ garanziji;

(e) 

konoxxenza adatta tal-organizzazzjoni u l-funzjonament ta’ reġistri tal-artijiet;

(f) 

konoxxenza adatta tas-suq fl-Istat Membru rilevanti;

(g) 

konoxxenza adatta tal-istandards tal-etika kummerċjali;

(h) 

konoxxenza adatta tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jew fejn applikabbli, kompetenza fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi;

(i) 

livell adatt ta’ kompetenza finanzjarja u ekonomika.

2. Meta jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta’ konoxxenza u kompetenza, l-Istati Membri jistgħu jiddifferenzjaw bejn livelli u tipi ta’ rekwiżiti applikabbli għall-persunal tal-kredituri, il-persunal tal-intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin u l-ġestjoni tal-intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħturin.

3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw li l-livell xieraq ta’ konoxxenza u kompetenza fuq il-bażi ta’:

(a) 

kwalifiki professjonali, eż. diplomi, lawrji, taħriġ, testijiet ta’ kompetenza; jew

(b) 

esperjenza professjonali, li tista’ tiġi ddefinita bħala numru minimu ta’ snin ta’ xogħol f’oqsma relatati mal-oriġinazzjoni, id-distribuzzjoni u l-intermedjazzjoni ta’ prodotti ta’ kreditu.

Wara l-21 ta’ Marzu 2019, id-determinazzjoni tal-livell xieraq ta’ konoxxenza u kompetenza m’għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-metodi elenkati fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0017
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.