|
+Artikolu 16a 1. |
Artikolu 16a 1.L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kredituri jkollhom politiki u proċeduri adegwati sabiex jagħmlu sforzi biex, meta jkun xieraq, jeżerċitaw tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti ta’ infurzar. Tali miżuri ta’ tolleranza għandhom iqisu, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u jistgħu jikkonsistu, fost possibiltajiet oħra, f’dan li ġej:
(a)
rifinanzjament totali jew parzjali ta’ kuntratt ta’ kreditu;
(b)
modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ kuntratt ta’ kreditu, li jistgħu jinkludu, fost affarijiet oħrajn:
(i)
estensjoni tat-terminu tal-kuntratt ta’ kreditu;
(ii)
tibdil tat-tip ta’ kuntratt ta’ kreditu;
(iii)
differiment tal-pagament tar-ripagament kollu jew ta’ parti minnu għal perjodu;
(iv)
tibdil tar-rata tal-imgħax;
(v)
offerta ta’ moratorju fuq il-pagamenti;
(vi)
ripagamenti parzjali;
(vii)
kambji tal-munita;
(viii)
kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|