+Artikolu 16a Arretrati u infurzar
---+Artikolu 16a 1.
---+Artikolu 16a 2.
---+Artikolu 16a 3.
---+Artikolu 16a 4.
|
Artikolu 16a Arretrati u infurzar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kredituri jkollhom politiki u proċeduri adegwati sabiex jagħmlu sforzi biex, meta jkun xieraq, jeżerċitaw tolleranza raġonevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti ta’ infurzar. Tali miżuri ta’ tolleranza għandhom iqisu, fost elementi oħra, iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u jistgħu jikkonsistu, fost possibiltajiet oħra, f’dan li ġej:
(a)
rifinanzjament totali jew parzjali ta’ kuntratt ta’ kreditu;
(b)
modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti ta’ kuntratt ta’ kreditu, li jistgħu jinkludu, fost affarijiet oħrajn:
(i)
estensjoni tat-terminu tal-kuntratt ta’ kreditu;
(ii)
tibdil tat-tip ta’ kuntratt ta’ kreditu;
(iii)
differiment tal-pagament tar-ripagament kollu jew ta’ parti minnu għal perjodu;
(iv)
tibdil tar-rata tal-imgħax;
(v)
offerta ta’ moratorju fuq il-pagamenti;
(viii)
kanċellazzjoni parzjali u konsolidazzjoni tad-dejn.
|
|
Artikolu 16a 2.
|
Il-lista ta’ miżuri ta’ tolleranza potenzjali stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fil-liġi nazzjonali u ma tirrikjedix li l-Istati Membri jipprevedu dawk il-miżuri kollha fil-liġi nazzjonali tagħhom.
|
|
Artikolu 16a 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li, fejn il-kreditur jiġi permess jiddefinixxi u jimponi tariffi fuq il-konsumatur minħabba l-inadempjenza, dawk it-tariffi ma jkunux akbar milli meħtieġ biex jikkumpensaw lill-kreditur għall-ispejjeż li jkun ġarrab minħabba l-inadempjenza.
|
|
Artikolu 16a 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kredituri jimponu tariffi addizzjonali fuq il-konsumatur fil-każ ta’ inadempjenza. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jagħmlu limitu massimu fuq dawk it-tariffi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0048
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|