Il-Kummissjoni għandha twettaq kull ħames snin, u għall-ewwel darba il-11 ta' Ġunju 2013
◄ reviżjoni tal-limiti stabbiliti minn din id-Direttiva u l-annessi tagħha u l-perċentwali użati għall-kalkolu tal-kumpens pagabbli fil-każ ta' radd lura antiċipat, u tivvalutahom fid-dawl tax-xejriet ekonomiċi fil-Komunità u s-sitwazzjoni tas-suq ikkonċernat.
►C2
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja wkoll l-effett tal-eżistenza tal-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5) u (6), l-Artikolu 4(1), il-punt (c) tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 6(2), il-punt (f) tal-Artikolu 10(5), l-Artikolu 14(2) u Artikolu 16(4) dwar is-suq intern u l-konsumaturi.
◄ Ir-riżultati għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjati fejn meħtieġ bi proposta biex ikunu modfikati l-limiti u l-perċentwali kif ukoll l-għażliet regolatorji msemmijin hawn fuq.