|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu jkunu meħtieġa jagħtu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-ftehimiet ta’ kreditu proposti u kwalunkwe servizz anċillari li jippermettu lill-konsumatur jivvaluta jekk il-ftehimiet ta’ kreditu u s-servizzi anċillari proposti jkunux adattati għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur. Dawn l-ispjegazzjonijiet għandhom jingħataw mingħajr ħlas u qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu. L-ispjegazzjonijiet għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 10, 11 u 38;
(b)
il-karatteristiċi essenzjali tal-ftehim ta’ kreditu jew tas-servizzi anċillari proposti;
(c)
l-effetti speċifiċi li l-ftehim ta’ kreditu jew is-servizzi anċillari proposti jista’ jkollhom fuq il-konsumatur, inkluż il-konsegwenzi ta’ inadempjenza fil-ħlas jew ta’ ħlas tard mill-konsumatur;
(d)
meta s-servizzi anċillari jkunu raggruppati ma’ ftehim ta’ kreditu, jekk kull komponent tal-grupp jistax jiġi tterminat separatament u l-implikazzjonijiet ta’ tali terminazzjoni għall-konsumatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|