+Artikolu 31 Miżuri biex jiġu limitati r-rati tas-self, ir-rati perċentwali annwali ta’ imposta jew il-kostijiet totali ta’ kreditu lill-konsumatur
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.

Artikolu 31 Miżuri biex jiġu limitati r-rati tas-self, ir-rati perċentwali annwali ta’ imposta jew il-kostijiet totali ta’ kreditu lill-konsumatur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri, bħal limiti massimi, biex jipprevjenu l-abbuż b’mod effettiv u biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jintalbu jħallsu rati tas-self, rati perċentwali annwali tal-imposti jew kostijiet totali tal-kreditu għall-konsumatur li huma eċċessivament għoljin.
Artikolu 31 2.
L-Istati Membri jistgħu jadottaw projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet rigward imposti jew tariffi speċifiċi applikati mill-kredituri fit-territorju tagħhom.
Artikolu 31 3.
Sal-20 ta’ Novembru 2027, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-miżuri introdotti mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miżuri sal-20 ta’ Novembru 2026.
Artikolu 31 4.
Sal-20 ta’ Novembru 2029 l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Istati Membri, inkluż metodoloġiji biex jiġu stabbiliti limiti massimi fejn rilevanti, u tal-effettività tagħhom biex jillimitaw ir-rati tas-self, ir-rati perċentwali annwali tal-imposti jew il-kostijiet totali tal-kreditu għall-konsumatur li huma eċċessivament għoljin, u għandu jinkludi approċċ tal-aħjar prattika għall-istabbiliment ta’ tali miżuri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L2225
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.