+Artikolu 6
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
|
Artikolu 6
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw is-suq intern u relatati ma' attivitajiet transkonfinali. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha, sas-26 ta' Ġunju 2017, tfassal rapport li jidentifika, janalizza, u jevalwa dawk ir-riskji fil-livell tal-Unjoni. Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha taġġorna r-rapport tagħha kull sentejn, jew aktar spiss jekk ikun xieraq.
|
|
Artikolu 6 2.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri minn tal-anqas dan li ġej:
(a)
l-oqsma tas-suq intern li huma fl-ikbar riskju;
▼M1
(b)
ir-riskji assoċjati ma’ kull settur rilevanti, inklużi, fejn applikabbli, stimi tal-volumi monetarji ta’ ħasil tal-flus ipprovduti mill-Eurostat għal kull wieħed minn dawk is-setturi;
(c)
l-aktar mezzi mifruxa użati mill-kriminali għall-ħasil ta’ rikavat illeċitu inklużi, meta jkunu disponibbli, dawk użati partikolarment fi tranżazzjonijiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, indipendentement mill-identifikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala riskju kbir skont l-Artikolu 9(2).
|
|
Artikolu 6 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-entitajiet marbutin b’obbligu biex tassistihom jidentifikaw, jifhmu, jiġġestixxu u jimmitigaw ir-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u sabiex partijiet ikkonċernati oħra, inklużi l-leġislaturi nazzjonali, il-Parlament Ewropew, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
) (EBA), u r-rappreżentanti mill-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) tal-UE jkunu jistgħu jifhmu aħjar dawk ir-riskji. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard minn sitt xhur wara li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, ħlief għal dawk l-elementi tar-rapport li jkun fihom informazzjoni klassifikata.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar il-miżuri adatti għall-indirizzar tar-riskji identifikati. Fl-eventwalità li l-Istati Membri jiddeċiedu li ma japplikaw ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet fir-reġimi nazzjonali tal-AML/CFT tagħhom, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan u jipprovdu ġustifikazzjoni għal tali deċiżjoni.
|
|
Artikolu 6 5.
|
Sas-26 ta' Diċembru 2016, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandu jagħti opinjoni dwar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw is-settur finanzjarju tal-Unjoni (l-“opinjoni konġunta”).
►M2
Sussegwentement, l-EBA għandha toħroġ opinjoni kull sentejn. ◄
|
|
Artikolu 6 6.
|
Fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha torganizza x-xogħol fil-livell tal-Unjoni u għandha tqis l-opinjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 5, u għandha tinvolvi lill-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tal-AML/CFT, rappreżentanti mill-UIF, u fejn xieraq, u korpi oħrajn fil-livell tal-Unjoni fejn ikun xieraq. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-opinjonijiet konġunti għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u lill-entitajiet marbutin b'obbligu biex tassistihom fl-identifikazzjoni, il-ġestjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
|
|
Artikolu 6 7.
|
Kull sentejn, jew aktar spiss jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-valutazzjonijiet tar-riskju regolari u l-azzjoni meħuda abbażi ta' dawk il-konklużjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|