+Artikolu 7
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.

Artikolu 7

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Kull Stat Membru għandu jieħu passi xierqa biex jidentifika, jivvaluta, jifhem u jimmitiga r-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwawh, kif ukoll kwalunkwe tħassib marbut mal-protezzjoni tad-data f'dak ir-rigward. Għandu jżomm il-valutazzjoni tar-riskju aġġornat.
Artikolu 7 2.
Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità jew jistabbilixxi mekkaniżmu li bih jikkoordina r-rispons nazzjonali għar-riskji msemmija fil-paragrafu 1. ►M2  L-identità ta’ dik l-awtorità jew id-deskrizzjoni tal-mekkaniżmu għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-EBA u lil Stati Membri oħra. ◄
Artikolu 7 3.
Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 6(1).
Artikolu 7 4.

Fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu:

(a) 

jużaha biex itejjeb ir-reġim tal-AML/CFT tiegħu, b'mod partikolari billi jidentifika l-oqsma kollha li fihom l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom japplikaw miżuri msaħħa u, fejn xieraq, jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu;

(b) 

jidentifika, fejn xieraq, setturi jew oqsma b'riskju aktar baxx jew aktar għoli tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(c) 

jużaha biex tassistih biex jalloka u biex jagħti prijorità lir-riżorsi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(d) 

jużaha biex jiżgura li jiġu mfassla regoli xierqa għal kull settur jew qasam, skont ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu;

(e) 

iqiegħed minnufih l-informazzjoni xierqa għad-dispożizzjoni tal-entitajiet marbutin b'obbligu sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

▼M1

(f) 

jirrapporta l-istruttura istituzzjonali u l-proċeduri wiesgħa tar-reġim tal-AML/CFT tiegħu, inklużi fost oħrajn l-UIF, l-awtoritajiet tat-taxxa u l-prosekuturi, kif ukoll ir-riżorsi umani u finanzjarji allokati sa fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli;

(g) 

jirrapporta dwar l-isforzi u r-riżorsi nazzjonali (forzi tax-xogħol u baġit) allokati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 7 5.
►M2  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tagħhom tar-riskju, inklużi l-aġġornamenti tagħhom, għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-EBA u tal-Istati Membri l-oħra. ◄ Stati Membri oħrajn jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali rilevanti, fejn xieraq, lill-Istat Membru li jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju. Sommarju tal-valutazzjoni għandu jkun disponibbli pubblikament. Dak is-sommarju ma għandux ikun fih informazzjoni klassifikata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.