+Artikolu 12
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
|
Artikolu 12
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 14, u abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju xierqa li turi riskju żgħir, Stat Membru jista' jippermetti lill-entitajiet marbutin b'obbligu biex ma japplikawx ċerti miżuri ta'
►C1
diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ◄ fir-rigward ta' flus elettroniċi, fejn il-kondizzjonijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju kollha li ġejjin ikunju sodisfatti:
▼M1
(a)
l-istrument tal-ħlas mhuwiex rikarikabbli, jew għandu limitu massimu ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ EUR 150 kull xahar li jistgħu jintużaw biss f’dak l-Istat Membru;
(b)
l-ammont massimu maħżun elettronikament ma jaqbiżx il-EUR 150;
▼B
(c)
l-istrument tal-ħlas jintuża esklużivament għax-xiri ta' oġġetti jew servizzi;
(d)
l-istrument tal-ħlas ma jistax jiġi ffinanzjat bi flus elettroniċi anonimi;
(e)
l-emittent iwettaq monitoraġġ suffiċjenti tat-transazzjonijiet jew tar-relazzjoni ta' negozju biex ikunu jistgħu jiġu identifikati transazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deroga prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx applikabbli fil-każ ta’ fidi fi flus kontanti jew irtirar ta’ flus kontanti tal-valur monetarju tal-flus elettroniċi meta l-ammont mifdi jkun aktar minn EUR 50, jew fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-bogħod kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
) meta l-ammont imħallas ikun iktar minn EUR 50 għal kull tranżazzjoni.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala akkwirenti jaċċettaw biss pagamenti mwettqin b’kards imħallsin minn qabel anonimi maħruġin f’pajjiżi terzi meta tali kards jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jaċċettawx pagamenti fit-territorju tagħhom li jsiru bl-użu ta’ kards anonimi mħallsin minn qabel.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|