L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-identità tal-klijent u l-identità tas-sid benefiċjarju jiġu verifikati qabel ma tiġi stabbilita r-relazzjoni ta' negozju jew it-twettiq tat-transazzjoni.
►M1
Kull meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ġdida ma’ entità korporattiva jew entità ġuridika oħra, jew trust jew arranġament legali li għandu struttura jew funzjonijiet simili għal dawk ta’ trusts (“arranġament legali simili”) li huma soġġetti għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont l-Artikolu 30 jew 31, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiġbru l-prova tar-reġistrazzjoni jew silta mir-reġistru.
◄