+Artikolu 14
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.

Artikolu 14

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-identità tal-klijent u l-identità tas-sid benefiċjarju jiġu verifikati qabel ma tiġi stabbilita r-relazzjoni ta' negozju jew it-twettiq tat-transazzjoni. ►M1  Kull meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ġdida ma’ entità korporattiva jew entità ġuridika oħra, jew trust jew arranġament legali li għandu struttura jew funzjonijiet simili għal dawk ta’ trusts (“arranġament legali simili”) li huma soġġetti għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont l-Artikolu 30 jew 31, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiġbru l-prova tar-reġistrazzjoni jew silta mir-reġistru. ◄
Artikolu 14 2.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-identitajiet tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jiġu verifikati meta tiġi stabbilita relazzjoni ta' negozju jekk dan ikun meħtieġ sabiex ma jiġix interrott it-twettiq normali tan-negozju u fejn ir-riskju li jkun hemm ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu ikun żgħir. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, dawk il-proċeduri għandhom jitlestew hekk kif ikun prattiku wara l-kuntatt inizjali.
Artikolu 14 3.
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jinfetaħ kont ma' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, inklużi kontijiet li jippermettu transazzjonijiet f'titoli trasferibbli, dment li jkun hemm salvagwardji adatti fis-seħħ biex jiġi żgurat li ma jitwettqux transazzjonijiet mill-klijent jew f'ismu sakemm tinkiseb konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta' ►C1  diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ◄ stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1).
Artikolu 14 4.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, fejn entità marbuta b'obbligu ma tkunx tista' tikkonforma mar-rekwiżiti ta' ►C1  diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ◄ stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1), hi ma għandhiex twettaq transazzjoni permezz ta' kont tal-bank, tistabbilixxi relazzjoni ta' negozju jew twettaq it-transazzjoni, u li għandha twaqqaf ir-relazzjoni ta' negozju u tqis jekk għandhiex tfassal rapport dwar transazzjoni suspettuża lill-UIF fir-rigward tal-klijent f'konformità mal-Artikolu 33.

L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-ewwel subparagrafu għal nutara, professjonisti legali indipendenti oħrajn, awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti fiskali biss sa strettament fejn dawk il-persuni jiddeterminaw il-pożizzjoni legali tal-klijent tagħhom, jew iwettqu l-kompitu tagħhom ta' difiża jew rappreżentanza ta' dak il-klijent fi proċedimenti ġudizzjarji jew fir-rigward tagħhom, inkluż l-għoti ta' pariri dwar il-ftuħ jew l-evitar ta' tali proċedimenti

Artikolu 14 5.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw il-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti mhux biss għall-klijenti l-ġodda kollha iżda anki fi żminijiet xierqa għall-klijenti eżistenti fuq bażi ta’ sensittività għar-riskju, meta jinbidlu ċ-ċirkostanzi rilevanti ta’ klijent partikolari, jew meta l-entità marbuta b’obbligu jkollha kwalunkwe dmir legali fil-kors tas-sena kalendarja rilevanti li tikkuntattja lill-klijent bl-iskop tar-reviżjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sid(ien) benefiċjarji, jew jekk l-entità marbuta b’obbligu kellha dan id-dmir skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE ( 18 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.