Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jinfetaħ kont ma' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, inklużi kontijiet li jippermettu transazzjonijiet f'titoli trasferibbli, dment li jkun hemm salvagwardji adatti fis-seħħ biex jiġi żgurat li ma jitwettqux transazzjonijiet mill-klijent jew f'ismu sakemm tinkiseb konformità sħiħa mar-rekwiżiti ta'
►C1
diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti
◄ stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1).