+Artikolu 18
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.

Artikolu 18

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
►M1  Fil-każijiet imsemmijin fl-Artikoli 18a sa 24, kif ukoll f’każijiet oħrajn ta’ riskju ikbar li jiġu identifikati mill-Istati Membri jew l-entitajiet marbutin b’obbligu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu japplikaw miżuri għal diliġenza dovuta tal-klijenti msaħħa biex jiġġestixxu u jimmitigaw dawk ir-riskji kif xieraq. ◄

L-Istati Membri m'għandhomx jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b'obbligu japplikaw awtomatikament miżuri ta' ►C1  diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ◄ msaħħa fir-rigward ta' fergħat jew sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma tal-entitajiet marbutin b'obbligu stabbiliti fl-Unjoni li jkunu jinsabu f'pajjiżi terzi b'riskju kbir, fejn dawk il-fergħat jew sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma jikkonformaw b'mod sħiħ mal-politiki u l-proċeduri li japplikaw għall-grupp kollu skont l-Artikolu 45. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-każijiet jiġu trattati mill-entitajiet marbutin b'obbligu bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

Artikolu 18 2.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b’obbligu jeżaminaw, sa fejn huwa raġonevolment possibbli, l-isfond u l-għan tat-tranżazzjonijiet kollha li jissodisfaw tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

ikunu tranżazzjonijiet kumplessi;

(ii) 

ikunu tranżazzjonijiet kbar b’mod mhux tas-soltu;

(iii) 

jitwettqu f’tendenzi mhux tas-soltu;

(iv) 

ma jidhirx li għandhom għan ekonomiku jew legali apparenti.

B’mod partikolari, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżidu l-grad u n-natura tal-monitoraġġ tar-relazzjoni ta’ negozju, sabiex jiddeterminaw jekk dawk it-tranżazzjonijiet jew attivitajiet jidhrux suspettużi.

Artikolu 18 3.
Meta jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri u l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom jieħdu kont tal-inqas ta' dawk il-fatturi ta' sitwazzjonijiet b'potenzjal ta' riskju ogħla indikati fl-Anness III.
Artikolu 18 4.
►M2  Sas-26 ta’ Ġunju 2017, l-ASE għandhom joħorġu linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar il-fatturi ta’ riskju li għandhom jitqiesu u l-miżuri li għandhom jittieħdu f’sitwazzjonijiet li fihom ikunu adatti miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti. Mill-1 ta’ Jannar 2020, l-EBA għandha, fejn adatt, toħroġ tali linji gwida. ◄ Għandu jittieħed kont speċifiku tan-natura u d-daqs tan-negozju, u fejn ikun xieraq u proporzjonat, għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi.
Artikolu 18 5.
Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida dwar il-fatturi varjabbli ta’ riskju u l-fatturi ta’ riskju li għandhom jitqiesu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi meta jidħlu f’relazzjonijiet ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjonijiet fi kriptoassi.
Artikolu 18 6.
L-EBA għandha tiċċara, b’mod partikolari, kif il-fatturi ta’ riskju elenkati fl-Anness III għandhom jitqiesu mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi inkluż meta jwettqu tranżazzjonijiet ma’ persuni u entitajiet li mhumiex koperti minn din id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-EBA għandha tagħti attenzjoni partikolari lil prodotti, tranżazzjonijiet u teknoloġiji li jkollhom il-potenzjal li jiffaċilitaw l-anonimità, bħal kartieri ta’ privatezza, mixers jew tumblers.

Meta jiġu identifikati sitwazzjonijiet ta’ riskju ogħla, il-linji gwida msemmija fil-paragrafu 5 għandhom jinkludu miżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa li l-entitajiet marbuta b’obbligu għandhom jikkunsidraw li japplikaw biex jimmitigaw dawn ir-riskji, inkluż l-adozzjoni ta’ proċeduri xierqa biex jiġu identifikati l-oriġini jew id-destinazzjoni tal-kriptoassi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.