+Artikolu 19a
---+Artikolu 19a 1.
---+Artikolu 19a 2.

Artikolu 19a

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19a 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskju ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu assoċjat ma’ trasferimenti ta’ kriptoassi diretti lejn jew li joriġinaw minn indirizz awtoospitat. Għal dak il-għan, il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati mar-riskji identifikati. Dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jinkludu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

jittieħdu miżuri bbażati fuq ir-riskju biex jiġi identifikat u tiġi vverifikata l-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment li jkun sar minn jew lejn indirizz awtoospitat jew is-sid benefiċjarju tat-tali oriġinatur jew benefiċjarju, inkluż permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi;

(b) 

tintalab informazzjoni addizzjonali dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kriptoassi trasferiti;

(c) 

jitwettaq monitoraġġ kontinwu msaħħaħ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet;

(d) 

kwalunkwe miżura oħra għall-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-riskju ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati u sanzjonijiet finanzjarji mmirati relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni.

Artikolu 19a 2.
Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, inkluż il-kriterji u l-mezzi għall-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment li jkun sar lejn jew minn indirizz awtoospitat, b’mod partikolari permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi, b’kont meħud tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.