L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinżamm f'reġistru ċentrali f'kull Stat Membru, pereżempju reġistru kummerċjali, reġistru tal-kumpanniji kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
19
), jew reġistru pubbliku. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-karatteristiċi ta' dawk il-mekkaniżmi nazzjonali lill-Kummissjoni. L-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja li tkun tinsab f'dik il-bażi ta' data tista' tinġabar f'konformità mas-sistemi nazzjonali.