+Artikolu 30
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 5a.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.
---+Artikolu 30 9.
---+Artikolu 30 10.
|
Artikolu 30
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
►M1
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet korporattivi u dawk ġuridiċi oħrajn inkorporati fit-territorju tagħhom ikunu meħtieġa jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom, inklużi d-dettalji tal-interessi benefiċjarji miżmuma. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur ta’ dan l-Artikolu jkun suġġett għal miżuri jew sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. ◄
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minbarra informazzjoni dwar is-sid ġuridiku tagħhom, dawk l-entitajiet ikunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni dwar is-sid benefiċjarju lill-entitajiet marbutin b'obbligu, meta l-entitajiet marbutin b'obbligu jkunu qed jieħdu miżuri ta'
►C1
diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ◄ f'konformità mal-Kapitolu II. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li s-sidien benefiċjarji ta’ entitajiet korporattivi jew ġuridiċi oħra, inkluż permezz ta’ ishma, drittijiet tal-vot, interess ta’ sjieda, parteċipazzjonijiet azzjonarji ta’ portatur, jew kontroll b’mezzi oħra, jipprovdu lil dawk l-entitajiet l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-entità korporattiva jew l-entità ġuridika l-oħra tikkonforma mal-ħtiġiet tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 30 2.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun aċċessibbli b'mod f'waqtu mill-awtoritajiet kompetenti u mill-UIF.
|
|
Artikolu 30 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinżamm f'reġistru ċentrali f'kull Stat Membru, pereżempju reġistru kummerċjali, reġistru tal-kumpanniji kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
19
), jew reġistru pubbliku. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-karatteristiċi ta' dawk il-mekkaniżmi nazzjonali lill-Kummissjoni. L-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja li tkun tinsab f'dik il-bażi ta' data tista' tinġabar f'konformità mas-sistemi nazzjonali.
|
|
Artikolu 30 4.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 tkun adegwata, preċiża u attwali, u jimplimentaw mekkaniżmi għal dan il-għan. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu li l-entitajiet obbligati u, jekk ikun xieraq u sa fejn dan ir-rekwiżit ma jfixkilx bla bżonn il-funzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jirrapportaw kwalunkwe diskrepanza li jsibu bejn l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja disponibbli fir-reġistri ċentrali u l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja disponibbli għalihom. Fil-każ ta’ diskrepanzi rrappurtati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jirriżolvu d-diskrepanzi b’mod f’waqtu u, jekk xieraq, li sadanittant issir referenza speċifika fir-reġistru ċentrali.
|
|
Artikolu 30 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha għal:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti u l-FIUs, mingħajr ebda restrizzjoni;
(b)
l- entitajiet marbutin b'obbligu, fil-qafas tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu II;
(c)
kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li tista’ turi interess leġittimu.
Il-persuni jew l-organizzazzjonijiet msemmija fil -punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandu jkollhom aċċess tal-inqas għall-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid u l-pajjiż ta’ residenza u n-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju kif ukoll in-natura u l-limitu tal-interess benefiċjarju miżmum. L-Istati Membri jistgħu, skont kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali, jipprovdu aċċess għal informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi għall-inqas id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 30 5a.
|
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu aċċess għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 3, bil-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni online u l-ħlas ta’ tariffa, li m’għandhiex teċċedi l-ispejjeż amministrattivi mġarrba biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli, inklużi l-ispejjeż taż-żamma u tal-iżviluppi tar-reġistru.
|
|
Artikolu 30 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF ikollhom aċċess f’waqtu u mhux ristrett għall-informazzjoni kollha miżmuma fir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 u mingħajr ma tinġibed l-attenzjoni tal-entità kkonċernata. L-Istati Membri għandhom ukoll jippermettu aċċess f’waqtu mill-entitajiet marbutin b’obbligu fit-teħid ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu II. Awtoritajiet kompetenti mogħtijin aċċess għar-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 għandhom ikunu dawk l-awtoritajiet pubbliċi b’responsabbiltajiet deżinjati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll l-awtoritajiet tat-taxxa, is-superviżuri ta’ entitajiet marbutin b’obbligu u awtoritajiet li għandhom il-funzjoni tal-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-lokalizzazzjoni u s-sekwestru jew l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali.
|
|
Artikolu 30 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti u lill-UIF ta’ Stati Membri oħra b’mod f’waqtu u bla ħlas.
|
|
Artikolu 30 8.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b'obbligu ma jkunux jiddependu esklużivament mir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 biex iwettqu r-rekwiżiti tagħhom ta'
►C1
diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ◄ f'konformita' tal-Kapitolu II. Dawk ir-rekwi#iti għandhom jiġu sodisfatti bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju.
|
|
Artikolu 30 9.
|
F’ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stipulati fil-liġi nazzjonali, fejn l-aċċess imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew ma jkunx kapaċi f’termini legali għal xi raġuni oħra, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni minn tali aċċess għall-informazzjoni kollha jew parti minnha fuq is-sjieda benefiċjarja fuq bażi ta’ każ b’każ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l- eżenzjonijiet jingħataw fuq evalwazzjoni ddettaljata tan-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi. Id-drittijiet għal rieżami amministrattiv tad-deċiżjoni ta’ eżenzjoni u għal rimedju ġudizzjarju effikaċi għandhom ikunu garantiti. Stat Membru li jkun ta eżenzjonijiet għandu jippubblika data statistika annwali dwar in-numru ta’ eżenzjonijiet mogħtija u r-raġunijiet iddikjarati u jirrapporta d-data lill-Kummissjoni. L-eżenzjonijiet mogħtija bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji, jew għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fil-punt (3)(b) tal-Artikolu 2(1) li jkunu uffiċjali pubbliċi.
|
|
Artikolu 30 10.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri ċentrali msemmijin fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huma interkonnessi permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
20
). Il-konnessjoni tar-reġistri ċentrali tal-Istati Membri mal-pjattaforma għandha tkun stabbilita f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi stabbiliti billi jkunu implimentati atti adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u mal-Artikolu 31a ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija disponibbli permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jimplimentaw il-paragrafi 5, 5a u 6 ta’ dan l-Artikolu. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali u permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri għall-inqas għal ħames snin u mhux għal aktar minn 10 snin wara li entità korporattiva jew entità ġuridika oħra tkun inqatgħet mir-reġistru. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni sabiex jimplimentaw it-tipi differenti ta’ aċċess f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|