|
+Artikolu 31 9. |
Artikolu 31 9.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri ċentrali msemmijin fil-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu huma interkonnessi permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Il-konnessjoni tar-reġistri ċentrali tal-Istati Membri mal-pjattaforma għandha tkun stabbilita f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi stabbiliti billi jkunu implimentati atti adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u mal-Artikolu 31a ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija disponibbli permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jimplimentaw il-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li hija aġġornata u tikkorrispondi mas-sjieda benefiċjarja attwali biss hija magħmula disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali tagħhom u permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, u l-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jkun f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali u permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri għall-inqas għal ħames snin u mhux għal aktar minn 10 snin wara li r-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja kif imsemmi fil-paragrafu 3a ma jibqgħux jeżistu. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jimplimentaw it-tipi differenti ta’ aċċess f’konformità mal-paragrafi 4 u 4a. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|