+Artikolu 31
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 3a.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 4a.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.
---+Artikolu 31 7a.
---+Artikolu 31 9.
---+Artikolu 31 10.

Artikolu 31

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan l-Artikolu japplika għal trusts u tipi oħrajn ta’ arranġamenti legali, bħal, inter alia, fiducie, ċerti tipi ta’ Treuhand jew fideicomiso, fejn tali arranġamenti jkollhom struttura jew funzjonijiet simili għat-trusts. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-karatteristiċi li jiddeterminaw fejn l-arranġamenti legali jkollhom struttura jew funzjonijiet simili għat-trusts fir-rigward ta’ tali arranġamenti legali rregolati taħt il-liġi tagħhom.

Kull Stat Membru għandu jirrikjedi li l-fiduċjarji ta’ kwalunkwe trust speċifika amministrata f’dak l-Istat Membru jiksbu u jżommu informazzjoni adegwata, preċiża u attwali dwar is-sjieda benefiċjarja tat-trust. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-identità ta’:

(a) 

is-settlor(s);

(b) 

il-fiduċjarju/i;

(c) 

il-protettur(i) (jekk hemm);

(d) 

il-benefiċjarji jew il-klassi ta’ benefiċjarji;

(e) 

kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv tat-trust.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ksur ta’ dan l-Artikolu jkun soġġett għal sanzjonijiet jew miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 31 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fiduċjarji jew il-persuni li jkollhom karigi ekwivalenti f’arranġamenti legali simili kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jiżvelaw l-istatus tagħhom u jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu b’mod f’waqtu lill-entitajiet marbutin b’obbligu fejn, bħala fiduċjarju jew bħala persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġamenti legali simili, dawn joħolqu relazzjoni ta’ negozju jew iwettqu tranżazzjoni okkażjonali ogħla mil-livelli massimi stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 11.
Artikolu 31 3.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun aċċessibbli b'mod f'waqtu mill-awtoritajiet kompetenti u mill-UIF.
Artikolu 31 3a.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trusts speċifiċi u arranġamenti legali simili kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tinżamm f’reġistru ċentrali ta’ sjieda benefiċjarja stabbilit mill-Istat Membru fejn il-fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili huwa stabbilit jew jirrisjedi.

Fejn il-post ta’ stabbiliment jew ta’ residenza tal-fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili huwa barra l-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinżamm f’reġistru ċentrali stabbilit mill-Istat Membru fejn il-fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju jew jiksbu proprjetà immobbli f’isem trust jew arranġament legali simili.

Fejn il-fiduċjarju ta’ trust jew persuni li jkollhom karigi ekwivalenti f’arranġament legali simili huma stabbiliti jew residenti fi Stati Membri differenti, jew fejn fiduċjarju tat-trust jew persuna li jkollha kariga ekwivalenti f’arranġament legali simili jidħlu f’diversi relazzjonijiet ta’ negozju f’isem it-trust jew arranġament legali simili fi Stati Membri differenti, ċertifikat ta’ prova ta’ reġistrazzjoni jew silta tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja miżmum f’reġistru minn Stat Membru wieħed jistgħu jitqiesu bħala suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li l-obbligu ta’ reġistrazzjoni ġie ssodisfat.

Artikolu 31 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ trust jew ta’ arranġament ġuridiku ieħor tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha għal:

(a) 

awtoritajiet kompetenti u l-FIUs, mingħajr ebda restrizzjoni;

(b) 

entitajiet marbutin b’obbligu, fil-qafas tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti f’konformità mal-Kapitolu II;

(c) 

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tista’ turi interess leġittimu biex taċċessa informazzjoni ta’ sjieda benefiċjarja.

L-informazzjoni aċċessibbli għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tikkonsisti fl-isem, ix-xahar u s-sena tat-twelid u l-pajjiż ta’ residenza u n-nazzjonalità tas-sid benefiċjarju, kif ukoll in-natura u l-limitu tal-interess benefiċjarju miżmum.

L-Istati Membri jistgħu, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fil-liġi nazzjonali, jipprevedu l-aċċess għal aktar informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi għall-inqas id-data tat-twelid jew id-dettalji ta’ kuntatt, f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri jistgħu jippermettu aċċess usa’ għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistru f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

L-awtoritajiet kompetenti mogħtijin aċċess għar-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3a għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi b’responsabbiltajiet deżinjati għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll l-awtoritajiet tat-taxxa, is-superviżuri ta’ entitajiet marbutin b’obbligu u awtoritajiet li għandhom il-funzjoni tal-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati assoċjati minn fejn oriġinaw il-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-lokalizzazzjoni, u s-sekwestru jew l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali.

Artikolu 31 4a.
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu aċċess għall-informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 3a bil-kundizzjoni ta’ reġistrazzjoni online u l-ħlas ta’ tariffa, li m’għandhiex teċċedi l-ispejjeż amministrattivi mġarrba biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli, inklużi l-ispejjeż taż-żamma u tal-iżviluppi tar-reġistru.
Artikolu 31 5.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 3a tkun adegwata, preċiża u attwali, u jimplimentaw mekkaniżmi għal dan il-għan. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu li l-entitajiet obbligati u, jekk ikun xieraq u sa fejn dan ir-rekwiżit ma jfixkilx bla bżonn il-funzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jirrapportaw kwalunkwe diskrepanza li jsibu bejn l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja disponibbli fir-reġistri ċentrali u l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja disponibbli għalihom. Fil-każ ta’ diskrepanzi rrappurtati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jirriżolvu d-diskrepanzi b’mod f’waqtu u, jekk xieraq, li sadanittant issir referenza speċifika fir-reġistru ċentrali.
Artikolu 31 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet marbutin b'obbligu ma jkunux jiddependu esklużivament mir-reġistru ċentrali msemmi fil-paragrafu 4 biex iwettqu r-rekwiżiti tagħhom ta' ►C1  diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti ◄ kif stabbilit fil-Kapitolu II. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu sodisfatti bl-użu ta' approċċ ibbażat fuq ir-riskju.
Artikolu 31 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF ikunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 lill-awtoritajiet kompetenti u lill-UIF ta’ Stati Membri oħra b’mod f’waqtu u bla ħlas.
Artikolu 31 7a.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jiġu stipulati fil-liġi nazzjonali, fejn l-aċċess imsemmi fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 jesponi lis-sid benefiċjarju għal riskju sproporzjonat, riskju ta’ frodi, sekwestru, rikatt, estorsjoni, fastidju, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew ma jkunx kapaċi f’termini legali għal xi raġuni oħra, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni minn tali aċċess għall-informazzjoni kollha jew parti minnha fuq is-sjieda benefiċjarja fuq bażi ta’ każ b’każ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l- eżenzjonijiet jingħataw fuq evalwazzjoni ddettaljata tan-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi. Id-drittijiet għal rieżami amministrattiv tad-deċiżjoni ta’ eżenzjoni u għal rimedju ġudizzjarju effikaċi għandhom ikunu garantiti. Stat Membru li jkun ta eżenzjonijiet għandu jippubblika data statistika annwali dwar in-numru ta’ eżenzjonijiet mogħtija u r-raġunijiet iddikjarati u jirrapporta d-data lill-Kummissjoni.

L-eżenzjonijiet mogħtija bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji u għall-entitajiet marbutin b’obbligu msemmija fil-punt (3)(b) tal-Artikolu 2(1) li jkunu uffiċjali pubbliċi.

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi eżenzjoni f’konformità mal-ewwel subparagrafu, hu ma għandux jirrestrinġi l-aċċess għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-UIF.

Artikolu 31 9.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri ċentrali msemmijin fil-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu huma interkonnessi permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea stabbilita bl-Artikolu 22(1) tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Il-konnessjoni tar-reġistri ċentrali tal-Istati Membri mal-pjattaforma għandha tkun stabbilita f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tekniċi stabbiliti billi jkunu implimentati atti adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u mal-Artikolu 31a ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu hija disponibbli permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1132, f’konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jimplimentaw il-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li hija aġġornata u tikkorrispondi mas-sjieda benefiċjarja attwali biss hija magħmula disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali tagħhom u permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, u l-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jkun f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-data.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli permezz tar-reġistri nazzjonali u permezz tas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri għall-inqas għal ħames snin u mhux għal aktar minn 10 snin wara li r-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja kif imsemmi fil-paragrafu 3a ma jibqgħux jeżistu. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jimplimentaw it-tipi differenti ta’ aċċess f’konformità mal-paragrafi 4 u 4a.

Artikolu 31 10.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, il-kategoriji, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi, l-ismijiet u, fejn applikabbli, il-bażijiet ġuridiċi tat-trusts u arranġamenti legali simili msemmija fil-paragrafu 1 sal-10 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista kkonsolidata ta’ tali trusts u arranġamenti legali simili f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-10 ta’ Settembru 2019.

Sas-26 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa jekk it-trusts u l-arranġamenti legali simili kollha kif imsemmi fil-paragrafu 1 irregolati skont il-liġi tal-Istati Membri ġewx identifikati debitament u jekk kinux ssoġġetti għall-obbligi kif stipulat f’din id-Direttiva. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa biex taġixxi fuq is-sejbiet ta’ dak ir-rapport.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.