|
+Artikolu 31a Atti ta’ implimentazzjoni |
Artikolu 31a Atti ta’ implimentazzjoniArtikolu 31a Atti ta’ implimentazzjoni Fejn ikun meħtieġ, minbarra l-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 u skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 30 u 31 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri meħtieġa biex tiġi prevista l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 30(10) u l-Artikolu 31(9), fir-rigward ta’:
(a)
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi s-sett ta’ data teknika meħtieġ sabiex il-pjattaforma tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet tagħha kif ukoll il-metodu ta’ ħżin, użu u protezzjoni ta’ dik id-data;
(b)
il-kriterji komuni li jirregolaw kif l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun disponibbli permezz tas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri, skont il-livell ta’ aċċess mogħti mill-Istati Membri;
(c)
id-dettalji tekniċi dwar kif l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji għandha tkun disponibbli;
(d)
il-kondizzjonijiet tekniċi tad-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti bis-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri;
(e)
il-modalitajiet tekniċi kif jiġu implimentati t-tipi differenti ta’ aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja abbażi ttal-Artikolu 30(5) u tal-Artikolu 31(4);
(f)
il-modalitajiet ta’ ħlas meta l-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja huwa soġġett għall-ħlas ta’ tariffa skont l-Artikolu 30(5a) u l-Artikolu 31(4a) b’kont meħud tal-faċilitajiet ta’ ħlas disponibbli bħal tranżazzjonijiet ta’ pagament remoti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 64a(2). Fl-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tistinka sabiex jerġgħu jintużaw teknoloġija ppruvata u prattiki eżistenti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sistemi li għandhom jiġu żviluppati ma għandhomx iġarrbu spejjeż ogħla minn dak li huwa assolutament meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. L-atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom ikunu kkaratterizzati minn trasparenza u mill-iskambju ta’ esperjenzi u informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|