+Artikolu 32
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
---+Artikolu 32 5.
---+Artikolu 32 6.
---+Artikolu 32 7.
---+Artikolu 32 8.
---+Artikolu 32 9.

Artikolu 32

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi UIF biex tipprevjeni, tindividwa u tiġġieled il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu b'mod effettiv.
Artikolu 32 2.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-isem u l-indirizz tal-UIF rispettivi.
Artikolu 32 3.
Kull UIF għandha topera b'mod indipendenti u awtonomu li jfisser li UIF ikollha l-awtorità u l-kapaċità li twettaq il-funzjonijiet tagħha liberament, inkluża l-kapaċità li tieħu deċiżjonijiet awtonomi li tanalizza, titlob u tqassam informazzjoni speċifika. L-UIF bħala l-unità nazzjonali ċentrali għandha tkun responsabbli milli tirċievi u tanalizza rapporti dwar transazzjonijiet suspettużi u informazzjoni oħra rilevanti għall-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati jew il-finanzjament tat-terroriżmu. L-UIF għandha tkun responsabbli għat-tqassim tar-riżultati tal-analiżi tagħha u kull informazzjoni rilevanti addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti fejn ikun hemm raġunijiet għal suspett ta' ħasil tal-flus, reati predikati assoċjati jew finanzjament tat-terroriżmu. Għandu jkun possibbli li din tikseb informazzjoni addizzjonali minn entitajiet marbutin b'obbligu.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-UIF tagħhom b'riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex jwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 32 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF tagħhom jkollhom aċċess, direttament jew indirettament, b'mod opportun, għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u marbuta mal-infurzar tal-liġi li hija tkun teħtieġ sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha adegwatament. L-UIF għandhom ikunu jistgħu jwieġbu għal talbiet għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri rispettivi tagħhom meta dawn ikunu motivati minn tħassib marbut mal-ħasil ta' flus, ir-reati predikati assoċjati jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Id-deċiżjoni dwar it-twettiq ta' analiżi jew il-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandha tittieħed mill-UIF.
Artikolu 32 5.
Fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi sabiex wieħed jassumi li l-forniment ta' tali informazzjoni jkollu impatt negattiv fuq l-investigazzjonijiet jew l-analiżi li jkunu għaddejjin f'dak il-mument, jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, meta jkun jidher ċar li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni tkun sproporzjonata għall-interessi leġittimi ta' persuna fiżika jew ġuridika jew irrelevanti fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun intalbet, l-UIF ma għandha tkun taħt l-ebda obbligu li tissodisfa t-talba għall-informazzjoni.
Artikolu 32 6.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu feedback lill-UIF dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni pprovduta f'konformità ma' dan l-Artikolu u dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet jew l-ispezzjonijiet imwettqa abbażi ta' dik l-informazzjoni.
Artikolu 32 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF ikollha s-setgħa li tieħu azzjoni urġenti, direttament jew indirettament, fejn jkun hemm suspett li transazzjoni tkun relatata mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li tissospendi jew tiċħad il-kunsens li transazzjoni tipproċedi, sabiex tanalizza t-transazzjoni, tikkonferma s-suspett u tikkondividi r-riżultati tal-analiżi tagħha mal-awtoritajiet kompetenti. L-UIF għandu jkollha s-setgħa li tieħu din l-azzjoni, direttament jew indirettament, fuq it-talba ta' UIF minn Stat Membru ieħor għall-perijodi u bil-kondizzjonijiet speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-UIF li tirċievi t-talba.
Artikolu 32 8.

Il-funzjoni ta' analiżi tal-UIF għandha tikkonsisti f'dan li ġej:

(a) 

analiżi operattiva li tiffoka fuq każijiet individwali u miri speċifiċi jew fuq informazzjoni magħżula adatta, skont it-tip u l-volum tal-informazzjoni żvelata li tkun irċeviet u l-użu mistenni tal-informazzjoni wara l-kondiviżjoni; u

(b) 

analiżi strateġika li tindirizza t-tendenzi u x-xejriet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 32 9.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(2), fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħha, kull UIF għandha tkun f’qagħda li titlob, tikseb u tuża informazzjoni minn xi entità marbuta b’obbligu għall-fini stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, anki jekk l-ebda rapport preċedenti ma jkun sar skont l-Artikolu 33(1)(a) jew l-Artikolu 34(1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.