+Artikolu 39
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
---+Artikolu 39 6.

Artikolu 39

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
L-entitajiet marbutin b'obbligu u d-diretturi u l-impjegati tagħhom ma għandhomx jiżvelaw lill-klijent ikkonċernat jew lil partijiet terzi oħrajn il-fatt li l-informazzjoni tkun qed tintbagħat, ser tintbagħat jew tkun intbagħtet f'konformità mal-Artikoli 33 jew 34 jew li tkun qed titwettaq analiżi dwar ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu jew li din tista' titwettaq.
Artikolu 39 2.
Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tinkludi żvelar lill-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-korpi awtoregolatorji, jew l-iżvelar għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi.
Artikolu 39 3.
Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tipprekludi l-iżvelar bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri sakemm dawn jappartjenu għall-istess grupp, jew bejn dawk l-entitajiet u l-fergħat tagħhom u sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma stabbiliti f’pajjiżi terzi, sakemm dawk il-fergħat u s-sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma jikkonformaw b’mod sħiħ mal-politiki u l-proċeduri tal-grupp kollu, inklużi proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-grupp, f’konformità mal-Artikolu 45 u sakemm il-politiki u l-proċeduri tal-grupp kollu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.
Artikolu 39 4.
Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-iżvelar bejn l-entitajiet marbutin b'obbligu msemmija fil-punt (3)(a) u (b) tal-Artikolu 2(1), jew entitajiet minn pajjiżi terzi li jimponu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, li jwettqu l-attivitajiet professjonali tagħhom, kemm bħala impjegati jew mhux bħala impjegati, fl-istess persuna ġuridika jew struttura aktar wiesgħa li l-persuna tagħmel parti minnha u li tikkondividi sjieda komuni, ġestjoni jew kontroll tal-konformità.
Artikolu 39 5.
Għall-entitajiet marbutin b'obbligu msemmija fil-punti (1), (2), (3)(a) u (b) fl-Artikolu 2(1), f'każijiet relatati mal-istess klijent u l-istess transazzjoni li tinvolvi żewġ entitajiet marbutin b'obbligu jew aktar, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tipprevjeni l-iżvelar bejn l-entitajiet marbutin b'obbligu rilevanti dment li jkunu minn Stat Membru, jew entitajiet f'pajjiż terz li jimponu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, u dment li huma mill-istess kategorija professjonali u huma soġġetti għal obbligi fir-rigward tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data personali.
Artikolu 39 6.
Fejn l-entitajiet marbutin b'obbligu msemmija fil-punt (3)(a) u (b) tal-Artikolu 2(1) jippruvaw jiddisswadu klijent milli jieħu sehem f'attività illegali, dak ma għandux jikkostitwixxi żvelar fis-sens tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.