+Artikolu 45
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
---+Artikolu 45 5.
---+Artikolu 45 6.
---+Artikolu 45 7.
---+Artikolu 45 8.
---+Artikolu 45 9.
---+Artikolu 45 10.
---+Artikolu 45 11.
|
Artikolu 45
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-entitajiet marbutin b'obbligu li huma parti minn grupp jimplimentaw politiki u proċeduri għall-grupp kollu, inklużi l-politiki dwar il-protezzjoni tad-data u politiki u proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan il-grupp għall-finijiet tal-AML/CFT. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom jiġu implimentati b'mod effettiv fil-livell tal-fergħat u s-sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma fl-Istati Membri u pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 45 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet marbutin b'obbligu li joperaw stabbilimenti fi Stat Membru ieħor jiżguraw li dawk l-istabbilimenti jirrispettaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' dak l-Istat Membru l-ieħor li jittrasponi din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 45 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-entitajiet marbutin b'obbligu jkollhom fergħat jew sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma f'pajjiżi terzi, fejn ir-rekwiżiti minimi tal-AML/CFT huma inqas stretti minn dawk tal-Istat Membru, il-fergħat u s-sussidjarji tagħhom li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma li jinstabu fil-pajjiż terz jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-Istat Membru, inkluż il-protezzjoni tad-data, sa fejn hu permess mil-liġi tal-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 45 4.
|
L-Istati Membri u l-EBA għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar istanzi li fihom il-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix l-implimentazzjoni tal-politiki u proċeduri meħtieġa taħt il-paragrafu 1. F’tali każijiet, tista’ tittieħed azzjoni kkoordinata biex tinstab soluzzjoni. Fil-valutazzjoni liema pajjiżi terzi ma jippermettux l-implimentazzjoni tal-politiki u tal-proċeduri meħtieġa taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri u l-EBA għandhom iqisu kwalunkwe restrizzjoni legali li tista’ xxekkel l-implimentazzjoni adatta ta’ dawk il-politiki u l-proċeduri, inklużi s-segretezza, il-protezzjoni tad-data u restrizzjonijiet oħrajn li jillimitaw l-iskambju ta’ informazzjoni li tista’ tkun relevanti għal dak il-għan.
|
|
Artikolu 45 5.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn il-liġi ta' pajjiż terz ma tippermettix l-implimentazzjoni tal-politiki u proċeduri meħtieġa skont il-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b'obbligu jiżguraw li l-fergħat u s-sussidjarji li jkollhom il-maġġoranza tal-ishma f'dak il-pajjiż terz japplikaw miżuri addizzjonali biex jindirizzaw b'mod effettiv ir-riskju ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, u jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Jekk il-miżuri addizzjonali ma jkunux biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jeżerċitaw azzjonijiet superviżorji addizzjonali, inkluż li jirrikjedu li l-grupp ma jistabbilixxix relazzjonijiet ta' negozju jew li jtemmhom, u li ma jwettaqx transazzjonijiet u, fejn meħtieġ, jitolbu lill-grupp biex ma jibqax jopera fil-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 45 6.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tip ta’ miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 u l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji fejn il-liġi ta’ pajjiż terz ma tippermettix l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa taħt il-paragrafi 1 u 3. L-EBA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Diċembru 2016.
|
|
Artikolu 45 7.
|
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 45 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun permessal-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-grupp. Informazzjoni dwar suspetti li l-fondi jkunu r-rikavat ta' attività kriminali jew li jkunu relatati mal-finanzjament tat-terroriżmu, li tiġi rrappurtata lill-UIF għandha tiġi kondiviża fil-grupp, dment li ma jkunx hemm struzzjonijiet oħra mill-UIF.
|
|
Artikolu 45 9.
|
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-emittenti ta’ flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (3), tad-Direttiva 2009/110/KE, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4 il-punt (11), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi stabbiliti fit-territorju tagħhom f’forom oħra li mhumiex fergħa, u li l-uffiċċju ewlieni tagħhom ikun jinstab fi Stat Membru ieħor, jaħtru punt ta’ kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom. Dak il-punt ta’ kuntatt ċentrali għandu jiżgura, f’isem l-entità li topera fuq bażi transfruntiera, il-konformità mar-regoli tal-AML/CFT u għandu jiffaċilita s-superviżjoni mis-superviżuri, inkluż billi jipprovdi dokumenti u informazzjoni lis-superviżuri meta jintalbu.
|
|
Artikolu 45 10.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji għad-determinazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom tkun adatta l-ħatra ta’ punt ta’ kuntatt ċentrali skont il-paragrafu 9, u dwar x’jenħtieġ li jkunu l-funzjonijiet tal-punti ta’ kuntatt ċentrali. L-EBA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Ġunju 2017.
|
|
Artikolu 45 11.
|
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|