+Artikolu 46
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.

Artikolu 46

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet marbutin b'obbligu jieħdu miżuri proporzjonati għar-riskji, in-natura u d-daqs tagħhom biex l-impjegati tagħhom ikunu konxji mid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, inklużi r-rekwiżiti rilevanti għall-protezzjoni tad-data.

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tal-impjegati tagħhom fi programmi ta' taħriġ speċjali kontinwu li jgħinuhom jagħrfu dawk l-operazzjonijiet li jistgħu jkunu relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu u li jagħtuhom istruzzjonijiet dwar kif għandhom jipproċedu f'każijiet bħal dawn.

Fejn persuna fiżika li taqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) teżegwixxi l-attivitajiet professjonali bħala impjegat ta' persuna ġuridika, l-obbligi stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għal dik il-persuna ġuridika pjuttost milli għall-persuna fiżika.

Artikolu 46 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet marbutin b'obbligu jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar il-prattiki ta' dawk li jwettqu ħasil tal-flus u li jiffinanzjaw it-terroriżmu u dwar indikazzjonijiet li jwasslu għal rikonoxximent ta' transazzjonijiet suspettużi.
Artikolu 46 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun prattiku, jingħata feedback f'waqtu lill-entitajiet marbutin b'obbligu dwar l-effettività u s-segwitu tar-rapporti ta' ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu suspettati.
Artikolu 46 4.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn applikabbli, l-entitajiet marbutin b'obbligu jidentifikaw il-membru tal-bord ta' tmexxija li jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.