+Artikolu 48 1a.
|
Artikolu 48 1a.
Sabiex tiġi ffaċilitata u promossa kooperazzjoni effettiva, u b’mod partikolari l-iskambju ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet marbutin b’obbligu elenkati fl-Artikolu 2(1), inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni tibqa’ aġġornata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika reġistru ta’ dawk l-awtoritajiet u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom fuq is-sit web tagħha. L-awtoritajiet fir-reġistru għandhom, fl-ambitu tas-setgħat tagħhom, iservu bħala punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti korrispondenti tal-Istati Membri l-oħra.
►M2
L-awtoritajiet superviżorji finanzjarji tal-Istati Membri għandhom iservu wkoll bħala punt ta’ kuntatt għall-EBA. ◄
Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet kollha marbutin b’obbligu jkunu soġġetti għal superviżjoni adegwata, inklużi s-setgħat biex iwettqu superviżjoni fuq il-post u mhux fuq il-post, u għandhom jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u proporzjonati biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni fil-każ ta’ ksur.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|