+Artikolu 48
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 1a.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.
---+Artikolu 48 8.
---+Artikolu 48 9.
---+Artikolu 48 10.

Artikolu 48

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu monitoraġġ effettiv u jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jiżguraw li jkun hemm konformità ma' din id-Direttiva.
Artikolu 48 1a.
Sabiex tiġi ffaċilitata u promossa kooperazzjoni effettiva, u b’mod partikolari l-iskambju ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet marbutin b’obbligu elenkati fl-Artikolu 2(1), inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni tibqa’ aġġornata.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika reġistru ta’ dawk l-awtoritajiet u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom fuq is-sit web tagħha. L-awtoritajiet fir-reġistru għandhom, fl-ambitu tas-setgħat tagħhom, iservu bħala punt ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti korrispondenti tal-Istati Membri l-oħra. ►M2  L-awtoritajiet superviżorji finanzjarji tal-Istati Membri għandhom iservu wkoll bħala punt ta’ kuntatt għall-EBA. ◄

Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet kollha marbutin b’obbligu jkunu soġġetti għal superviżjoni adegwata, inklużi s-setgħat biex iwettqu superviżjoni fuq il-post u mhux fuq il-post, u għandhom jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u proporzjonati biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni fil-każ ta’ ksur.

Artikolu 48 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat adegwati, inkluża s-setgħa li jitolbu l-produzzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-monitoraġġ tal-konformità u li jwettqu verifiki, u jkollhom riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta’ dawk l-awtoritajiet huma ta’ integrità għolja u għandhom ħiliet xierqa, u jżommu standards professjonali għoljin, inklużi standards ta’ kunfidenzjalità, protezzjoni tad-data u standards li jindirizzaw kunflitti ta’ interess.
Artikolu 48 3.
Fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji u fornituri ta' servizzi tal-logħob tal-azzard, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom setgħat superviżorji msaħħa.
Artikolu 48 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-entità marbuta b’obbligu topera xi stabbilimenti, iwettqu superviżjoni biex jiżguraw li dawk l-istabbilimenti jirrispettaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru li jittrasponu din id-Direttiva.

Fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li huma parti minn grupp, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-impriża omm tkun stabbilita jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn l-istabbilimenti li huma parti minn grupp ikunu stabbiliti.

Fil-każ tal-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 45(9), is-superviżjoni kif msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tinkludi t-teħid ta’ miżuri adatti u proporzjonati biex jindirizzaw nuqqasijiet serji li jeħtieġu rimedji immedjati. Dawk il-miżuri għandhom ikunu temporanji u jiġu terminati meta n-nuqqasijiet identifikati jiġu indirizzati, inkluż bl-għajnuna tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-entità marbuta b’obbligu, f’konformità mal-Artikolu 45(2).

Artikolu 48 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jiġu operati stabbilimenti mill-entità marbuta b'obbligu għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-entità marbuta b'obbligu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, biex tiġi żgurata superviżjoni effettiva tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li huma parti minn grupp, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, fejn l-impriża omm tkun stabbilita, jissorvelja l-implimentazzjoni effettiva ta’ politiki u proċeduri li japplikaw għall-grupp kollu msemmi fl-Artikolu 45(1). Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, fejn huma stabbiliti l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li huma parti mill-grupp, jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-impriża prinċipali tkun stabbilita.

Artikolu 48 6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġi applikat approċċ fuq il-bażi tar-riskju għas-superviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti:

(a) 

ikunu jifhmu b'mod ċar ir-riskji ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu preżenti fl-Istati Membri tagħhom;

(b) 

ikollhom aċċess fuq il-post u mhux fuq il-post għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar ir-riskji domestiċi u internazzjonali speċifiċi assoċjati ma' klijenti, prodotti u servizzi tal-entitajiet marbutin b'obbligu; u

(c) 

jibbażaw il-frekwenza u l-intensità tas-superviżjoni fuq il-post u mhux fuq il-post fuq il-profil ta' riskju tal-entitajiet marbutin b'obbligu, u fuq ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu preżenti f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 48 7.
Il-valutazzjoni tal-profil ta' riskju ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu ta' entitajiet marbutin b'obbligu, inklużi r-riskji ta' nuqqas ta' konformità, għandha tiġi rieżaminata kemm b'mod perjodiku kif ukoll meta jseħħu avvenimenti jew żviluppi ewlenin fit-tmexxija u l-operazzjonijiet tagħhom.
Artikolu 48 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw il-livell ta' diskrezzjoni permess lill-entità marbuta b'obbligu, u janalizzaw kif xieraq il-valutazzjonijiet tar-riskju abbażi ta' din id-diskrezzjoni, u l-adegwatezza u l-implimentazzjoni tal-politiki, il-kontrolli u l-proċeduri interni tagħha.
Artikolu 48 9.
Fil-każ tal-entitajiet marbutin b'obbligu msemmija fil-punti (3)(a), (b) u (d) tal-Artikolu 2(1) l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitwettqu minn korpi awtoregolatorji, dment li dawk il-korpi awtoregolatorji jikkonformaw mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 48 10.
►M2  Sas-26 ta’ Ġunju 2017, l-ASE għandhom joħorġu linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-karatteristiċi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskji għas-superviżjoni u l-passi li jridu jittieħdu meta ssir superviżjoni bbażata fuq ir-riskji. Mill-1 ta’ Jannar 2020, l-EBA għandha, fejn adatt, toħroġ tali linji gwida. ◄ Għandhom jitqiesu speċifikament in-natura u d-daqs tan-negozju, u fejn dan ikun xieraq u proporzjonat, għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.