+Artikolu 57b 3.

Artikolu 57b 3.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għal konformità ma’ din id-Direttiva lill-kumitati ta’ inkjesta parlamentari, lill-qrati tal-awdituri u entitajiet oħrajn inkarigati mill-inkjesti, fl-Istat Membru tagħhom, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-entitajiet ikollhom mandat preċiż iddefinit mil-liġi nazzjonali sabiex jinvestigaw jew jeżaminaw bir-reqqa l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew għal-liġijiet dwar tali superviżjoni;

(b) 

l-informazzjoni tkun strettament meħtieġa biex jintlaħaq il-mandat imsemmi fil-punt (a);

(c) 

l-persuni b’aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1);

(d) 

fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha, u biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.