+Artikolu 57b
---+Artikolu 57b 1.
---+Artikolu 57b 2.
---+Artikolu 57b 3.

Artikolu 57b

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57b 1.
Minkejja l-Artikolu 57a(1) u (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(2), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti, bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bis-superviżjoni ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jaġixxu fit-twettiq tal-attivitajiet professjonali tagħhom kif imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) u l-awtoritajiet responsabbli bil-liġi għas-superviżjoni ta’ swieq finanzjarji fil-qadi tal-funzjonijiet superviżorji rispettivi tagħhom.

L-informazzjoni rċevuta għandha f’kull każ tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ segretezza professjonali li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1).

Artikolu 57b 2.
Minkejja l-Artikolu 57a(1) u (3), l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa ta’ dispożizzjonijiet stipulati fil-liġi nazzjonali, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn responsabbli bil-liġi għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, jew b’responsabbiltajiet deżinjati fil-qasam tal-ġlieda jew tal-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus, tar-reati predikati assoċjati u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Madankollu, informazzjoni kunfidenzjali skambjata skont dan il-paragrafu għandha tintuża biss għall-iskop li jitwettqu l-kompiti legali tal-awtoritajiet ikkonċernati. Il-persuni li jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ segretezza professjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1).

Artikolu 57b 3.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għal konformità ma’ din id-Direttiva lill-kumitati ta’ inkjesta parlamentari, lill-qrati tal-awdituri u entitajiet oħrajn inkarigati mill-inkjesti, fl-Istat Membru tagħhom, bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-entitajiet ikollhom mandat preċiż iddefinit mil-liġi nazzjonali sabiex jinvestigaw jew jeżaminaw bir-reqqa l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew għal-liġijiet dwar tali superviżjoni;

(b) 

l-informazzjoni tkun strettament meħtieġa biex jintlaħaq il-mandat imsemmi fil-punt (a);

(c) 

l-persuni b’aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 57a(1);

(d) 

fejn l-informazzjoni tkun toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx żvelata mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha, u biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.