+Artikolu 58
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.
---+Artikolu 58 5.

Artikolu 58

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet marbutin b'obbligu jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikoli 59 sa 61. Kwalunkwe sanzjoni jew miżura li tirriżulta għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva.
Artikolu 58 2.
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet u miżuri amministrattivi u jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jimponu tali sanzjonijiet u miżuri fir-rigward ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li meta l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidentifikaw każijiet ta’ ksur li huma soġġetti għal sanzjonijiet kriminali, dawn jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ infurzar f’waqtu.

Artikolu 58 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn obbligi japplikaw għal persuni ġuridiċi fil-każ ta' ksur ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet u miżuri fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali, u persuni fiżiċi oħrajn li jkunu responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 58 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom.
Artikolu 58 5.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi f'konformità ma' din id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali, fi kwalunkwe mod fost dawn li ġejjin:

(a) 

direttament;

(b) 

f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;

(c) 

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil tali awtoritajiet oħrajn;

(d) 

b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk il-miżuri amministrattivi jew is-sanzjonijiet jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.