+Artikolu 61
---+Artikolu 61 1.
---+Artikolu 61 2.
---+Artikolu 61 3.
|
Artikolu 61
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll, fejn applikabbli, il-korpi awtoregolatorji, jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u affidabbli biex jinkoraġġixxu r-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll, fejn applikabbli, lill-korpi awtoregolatorji, ta’ ksur potenzjali jew proprju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Għal dak il-għan, huma għandhom jipprovdu mezz wieħed jew aktar ta’ komunikazzjoni sigura għal persuni għar-rappurtar imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Tali mezzi għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni li jfornu l-informazzjoni tkun magħrufa biss mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll, fejn applikabbli, mill-korpi awtoregolatorji.
|
|
Artikolu 61 2.
|
Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
(a)
proċeduri speċifiċi ta' kif għandhom jaslu r-rapporti dwar ksur u għas-segwitu tagħhom;
(b)
protezzjoni xierqa għal impjegati jew persuni f'pożizzjoni komparabbli, ta' entitajiet marbutin b'obbligu li jirrappurtaw ksur imwettaq fi ħdan l-entità marbuta b'obbligu;
(c)
protezzjoni xierqa għall-persuna akkużata;
(d)
protezzjoni tad-data personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, f'konformità mal-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.
(e)
regoli ċari li jiżguraw li tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità fil-każijiet kollha fir-rigward tal-persuna li tirrapporta l-ksur imwettaq fi ħdan l-entità marbuta b'obbligu, sakemm l-iżvelar ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet ulterjuri jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti.
|
|
Artikolu 61 3.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet marbutin b'obbligu jkollhom fis-seħħ proċeduri adatti biex l-impjegati tagħhom jew persuni f'pożizzjoni komparabbli jirrappurtaw ksur internament b'mezz speċifiku, indipendenti u anonimu, proporzjonat għan-natura u d-daqs tal-entità marbuta b'obbligu kkonċernata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwi, inklużi l-impjegati u r-rappreżentanti tal-entità marbuta b’obbligu li jirrapportaw suspetti ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu kemm meta jagħmlu dan internament, kif ukoll meta jagħmlu dan lill-UIF, ikunu protetti legalment milli jiġu esposti għal theddid jew azzjoni ostili, u b’mod partikolari minn azzjonijiet ta’ impjieg avversi jew diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-individwi li jkunu esposti għal theddid, azzjonijiet ostili, jew azzjonijiet ta’ impjieg avversi jew diskriminatorji talli jirrapportaw suspetti ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu internament jew lill-UIF ikunu intitolati li jippreżentaw ilment b’mod sigur lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi. Mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miġbura mill-UIF, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li tali individwi jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv li jħares id-drittijiet tagħhom taħt dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|