+Artikolu 65
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
|
Artikolu 65
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 65 1.
|
Sal-11 ta’ Jannar 2022, u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandha tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari:
(a)
kont ta’ miżuri speċifiċi adottati u mekkaniżmi stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru biex jipprevjenu u jindirizzaw problemi emerġenti u żviluppi ġodda li jippreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;
(b)
azzjonijiet ta’ segwitu mwettqa fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru fuq il-bażi ta’ tħassib li jinġieb għall-attenzjoni tagħhom, inklużi lmenti dwar il-liġijiet nazzjonali li jfixklu s-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti u ta’ korpi awtoregolatorji;
(c)
kont tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti u l-UIF tal-Istati Membri, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;
(d)
kont tal-kooperazzjoni internazzjonali u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-UIF;
(e)
kont ta’ azzjonijiet tal-Kummissjoni meħtieġa sabiex jiġi vverifikat li l-Istati Membri jieħdu azzjoni f’konformità ma’ din id-Direttiva u sabiex jiġu evalwati problemi emerġenti u żviluppi ġodda fl-Istati Membri;
(f)
analiżi tal-fattibbiltà ta’ mekkaniżmi u miżuri speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istat Membru dwar il-possibbiltajiet li tinġabar u tiġi aċċessata l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn inkorporati barra mill-Unjoni u l-proporzjonalità tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20;
(g)
evalwazzjoni ta’ kif id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġew rispettati.
L-ewwel rapport, li se jiġi ppubblikat sal-11 ta’ Jannar 2022, għandu jiġi akkumpanjat, jekk neċessarju, minn proposti leġislattivi xierqa, inkluż, fejn xieraq, fir-rigward ta’ muniti virtwali, l-għoti tas-setgħat għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ bażi tad-data ċentrali li tirreġistra l-identitajiet tal-utenti u l-indirizzi tal-kartieri aċċessibbli għall-UIF, kif ukoll forom tal-awtodikjarazzjoni għall-użu ta’ utenti tal-muniti virtwali, u biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri u applikazzjoni bbażata fuq ir-riskju tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20.
|
|
Artikolu 65 2.
|
Sal-1 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-qafas tal-UIF għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u l-ostakli u l-opportunitajiet biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UIF fl-Unjoni, inkluża l-possibbiltà li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u appoġġ.
|
|
Artikolu 65 3.
|
Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, toħroġ rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-ħtieġa u l-proporzjonalità li jitbaxxa l-perċentwal għall-identifikazzjoni ta’ sjieda benefiċjarja ta’ entitajiet ġuridiċi fid-dawl ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa f’dan is-sens minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi li jistabbilixxu standards b’kompetenzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu bħala riżultat ta’ valutazzjoni ġdida, u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L0849
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|